Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 534/2010 tat-18 ta’ Ġunju 2010 li jissospendi t-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/534@2010-06-18/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jamministra ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor, u b’mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta’ Ġunju 2010 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 huma daqs il-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru tal-ordni 09.4319.
(2) It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għan-numru tal-ordni 09.4319 għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 It-tressiq ta’ iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2009/2010.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010. Għall-Kummissjoni, f’isem il-President, Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL Is-sena tas-suq 2009/2010 Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.6.2010 sas-7.6.2010 Iz-zokkor mill-Balkani Is-sena tas-suq 2009/2010 Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.6.2010 sas-7.6.2010 Iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali Is-sena tas-suq 2009/2010 Applikazzjonijiet li tressqu mill-1.6.2010 sas-7.6.2010
— Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja. In-numru tas-serje Il-pajjiż Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’perċentwal) Iktar applikazzjonijiet 09.4317 L-Awstralja — 09.4318 Il-Brażil — 09.4319 Kuba Sospiżi 09.4320 Kwalunkwe pajjiż terz — Sospiżi 09.4321 L-Indja — Sospiżi — Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja. In-numru tas-serje Il-pajjiż Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’perċentwal) Iktar applikazzjonijiet 09.4324 L-Albanija — 09.4325 Il-Bożnija u Ħerzegovina — 09.4326 Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo 09.4327 L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja — 09.4328 Il-Kroazja — Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja. In-numru tas-serje It-tip Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f’perċentwal) Iktar applikazzjonijiet 09.4380 Eċċezzjonali — 09.4390 Industrijali —