Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 56/2010 tal-21 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkin u r-raj fl-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Olanda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/56@2010-01-21/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi li jistadu skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [il-Politika Komuni tas-Sajd], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid, jistabbilixxi l-kwoti għall-2009.
(2) Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2009.
(3) Għalhekk jeħtieġ li s-sajd għal dak l-istokk, kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-ħażna msemmija hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2 Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih għandu jkun ipprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti ż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3 Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Jannar 2010. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Fokion Fotiadis Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ANNEX
ANNESS
Nru E2/NL/NS/003 Stat Membru L-Olanda Stokk SRX/2AC4-C Speċi Rebekkin u Raj (Rajidae) Żona L-ilmijiet tal-KE ta’ IIa u IV Data 14 ta’ Novembru 2009