Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/603/PESK tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

In forceVersion 2010-10-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/603@2010-10-07/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 3.
  4. 4.
  5. Artikolu 2
  6. Artikolu 5
  7. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-11 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar aktar miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY), sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni kollha li ġew akkużati mill-ICTY b'delitti ta' gwerra iżda li mhumiex fil-kustodja tal-ICTY. Dik il-Pożizzjoni Komuni ġiet estiża mill-Pożizzjoni Komuni 2009/717/PESK sal-10 ta' Ottubru 2010.

(2) Il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi għal sena oħra sal-10 ta' Ottubru 2011.

(3) Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1763/2004 tal-11 ta' Ottubru 2004 li jimponi ċerti miżuri restrittivi biex isostnu l-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (TKIJ),

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness, li ġew akkużati mit-TKIJ, għandhom jiġu ffriżati.

2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli direttament jew indirettament lil jew għall-benefiċċju tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness.

3. Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma:

3.

(a) meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew mortgage, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b) intiżi esklussivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż magħmula assoċjati mal-prestazzjoni ta' servizzi legali;

(c) intiżi esklussivament għall-pagament ta' drittijiet jew ħlasijiet ta’ servizz għaż-żamma ordinarja jew manteniment ta' fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi;

(d) neċessarji għal spejjeż straordinarji.

4. Paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta': basta li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

4.

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew kreati qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

Artikolu 2

1. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta ta’ Stat Membru jew tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jadotta emendi għall-lista li tinsab fl-Anness kif meħtieġ.

2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.

Artikolu 3 Sabiex tkabbar kemm jista' jkun l-impatt tal-miżuri msemmija hawn fuq, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4 Il-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tal-Kunsill hija b’dan imħassra. Ir-referenzi għaliha għandhom jinqraw bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-10 ta' Ottubru 2011. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010. Għall-Kunsill Il-President M. Wathelet

ANNEX

ANNESS LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Individwu Raġuni 1. Isem: HADZIC Goran (raġel) Data tat-twelid: 7.9.1958 Post tat-twelid: Vinkovci, Kroazja Ċittadin tas-Serbja Akkużat mill-ICTY u għadu liberu Att ta' akkuża: 4 ta' Ġunju 2004 Kawża Nru.: IT 04 75 2. Isem: MLADIC Ratko (raġel) Data tat-twelid: 12.3.1948 Post tat-twelid: Bozanovici, muniċipalità ta’ Kalinovik, Bosnja-Ħerzegovina Ċittadin tal-Bosnja-Ħerzegovina Akkużat mill-ICTY u għadu liberu L-ewwel att ta' akkuża: 25 ta' Lulju 1995; it-tieni att ta' akkuża: 16 ta' Novembru 1995; att ta' akkuża emendat: 8 ta’ Novembru 2002 Kawża Nru.: IT-95-5/18

Versions

  1. 2010-10-07