Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/719/KE li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 626) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/66/UE)

In forceVersion 2010-02-05from 2010-02-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/66@2010-02-05/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) fl-annimali. Dan jirrikjedi li kull Stat Membru jwettaq programm annwali ta’ monitoraġġ għat-TSEs skont l-Anness III għal dak ir-Regolament. Dawk il-programmi għandhom ikopru bħala minimu ċerti subpopolazzjonijiet ta’ annimali bovini li jagħmlu parti minn gruppi ta’ etajiet speċifikati.

(2) Dak ir-Regoalment jipprovdi wkoll li Stati Membri li jistgħu juru titjib fil-qagħda epidjemoloġika ta' pajjiżhom, skont ċerti kriterji, jistgħu jkollhom il-programmi ta' monitoraġġ annwali tagħhom irreveduti.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/719/KE tawtorizza l-Istati Membri elenkati fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni biex jirrevedu l-programmi annwali ta’ monitoraġġ tagħhom. Din tipprovdi wkoll li l-programmi tagħhom għandhom japplikaw għall-inqas għall-annimali kollha li jagħmlu parti minn ċerti subpopolazzjonijiet ta’ annimali bovini ta’ età ta’ 'l fuq minn 48 xahar.

(4) Fit-2 ta’ Ottubru 2008, Ċipru ressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jirrevedi l-programmi annwali ta’ monitoraġġ tiegħu fir-rigward tal-BSE.

(5) L-Uffiċċju tal-Ikel u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni f'Ċipru mid-29 ta’ Ġunju 2009 sat-3 ta’ Lulju 2009 sabiex jivverifika l-konformità mal-kriterji epidemjoloġiċi stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitlu A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(6) Ir-riżultati ta’ dik l-ispezzjoni irrikonoxxew li kien hemm implimentazzjoni xierqa f’Ċipru tar-regoli dwar miżuri protettivi fir-rigward tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (BSE) stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti kollha stipulati fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) u l-kriterji epidemjoloġiċi kollha stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitlu A tal-Anness III tar-Regolament ġew iċċekkjati u nstabu li Ċipru kien issodisfahom.

(7) Fid-dawl tal-informazzjoni kollha disponibbli, l-applikazzjoni mressqa minn Ċipru biex jiġi rivedut il-programm ta' monitoraġġ annwali tal-BSE ġiet ivvalutata b'mod favorevoli. Għalhekk, jixraq li Ċipru jiġi awtorizzat li jirrevedi l-programm ta' monitoraġġ annwali tiegħu u li l-età massima l-ġdida għall-ittestjar tal-BSE f'dak l-Istat Membru ssir ta’ 48 xahar.

(8) L-Anness għad-Deċiżjoni 2009/719/KE għandu jiġi emendat kif xieraq.

(9) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni 2009/719/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Frar 2010. Għall-Kummissjoni Androulla Vassiliou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Il-Belġju

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Irlanda

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Ċipru

Il-Lussemburgu

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Portugall

Is-Slovenja

Il-Finlandja

L-Isvezja

Ir-Renju Unit

Versions

  1. 2010-02-05