Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011-2013 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 7591) (2010/681/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/681@2010-11-09/mt
Contents
- Preamble
- ANNEX
- Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/ke dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011 - 2013
- 2.2.1.2.2.2.3.
- 5.
- pt_1
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fuq l-ambjent,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE, l-Istati Membri huma obbligati jfasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva abbażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni abbozzat/a mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE.
(2) L-Istati Membri fasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet.
(3) L-Istati Membri fasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/534/KE tal-20 ta’ Lulju 2006 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu 2005-2007.
(4) L-Istati Membri huma obbligati jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/531/KE tas-26 ta’ Lulju 2007 dwar kwestjonarju għal rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2008-2010 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2011.
(5) Ir-raba’ rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
(6) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni sabiex iħejju r-rapport, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013, li għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2010. Għall-Kummissjoni Janez Potočnik Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/ke dwar il-limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ taħlit volatili organiku [komposti organiċi volatili] minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2011 - 2013
1. Deskrizzjoni ġenerali Jekk jogħġbok niżżel it-tibdiliet rilevanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali matul il-perjodu ta’ rappurtar li jikkonċernaw id-Direttiva 1999/13/KE.
2.2.1.2.2.2.3.
Kopertura tal-istallazzjonijiet Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika kemm-il stallazzjoni koperta bid-Direttiva 1999/13/KE jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt fil-31 ta’ Diċembru 2013: Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika kemm-il stallazzjoni koperta bid-Direttiva 1999/13/KE jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt: Jekk jogħġbok irrapporta kif il-lista ta’ stallazzjonijiet awtorizzati u rreġistrati u r-riżultati tal-monitoraġġ tal-emissjonijiet isiru disponibbli għall-pubbliku, skont l-Artikoli 12(1) u 12(2) tad-Direttiva 1999/13/KE. F’każ li dan it-tagħrif isir disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, jekk jogħġbok indika l-URL. Jekk dan mhuwiex il-każ, jekk jogħġbok indika d-dettalji tal-kuntatt minn fejn jista’ jintalab dan it-tagħrif.
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet,
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma koperti wkoll bid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Directive on Integrated Pollution Prevention and Control - id-Direttiva IPPC),
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE,
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati li jużaw l-iskema ta’ tnaqqis,
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skont l-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 1999/13/KE. Jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-istallazzjonijiet konċernati u għal kull waħda minnhom ipprovdi l-ġustifikazzjoni għad-deroga maħruġa,
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skont l-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva 1999/13/KE. Jekk jogħġbok ipprovdi lista tal-istallazzjonijiet konċernati u għal kull waħda minnhom agħti l-ġustifikazzjoni għad-deroga maħruġa.
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet ġodda li kienu rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu ta’ rappurtar,
l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet mibdula b’mod sostanzjali, li kienu rreġistrati/awtorizzati skont id-Direttiva 1999/13/KE matul il-perjodu ta’ rappurtar.
3. Sostituzzjoni Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika liema mis-sustanzi jew taħlitiet li ġejjin ikunu għadhom qed jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2013 u f’liema ammonti (stima) (tunnellati fis-sena): sustanzi jew taħlitiet li minħabba l-kontenut tagħhom ta’ komposti organiċi volatili, ikklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni, jew tossiċi għar-riproduzzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, ġew assenjati jew jeħtieġ li jkollhom tidher id-dikjarazzjoni ta’ periklu H340, H350, H350i, H360D jew H360F jew il-frażijiet tar-riskju R45, R46, R49, R60 jew R61. Jekk jogħġbok indika, fejn huwa disponibbli t-tali tagħrif, is-sustanzi billi tuża l-isem skont in-nomenklatura tal-IUPAC tagħhom u n-numru CAS tagħhom u t-taħlitiet billi tuża isem kummerċjali wieħed u tindika s-sustanzi rilevanti li fihom. Jekk jogħġbok elenka wkoll is-sustanzi li jintużaw bħala sostituti għas-sustanzi u t-taħlitiet imsemmija hawn fuq (fakultattiva).
4. Monitoraġġ Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika għall-2012 l-għadd ta’ stallazzjonijiet li huma mmonitorjati b’mod kontinwu għall-konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 1999/13/KE.
5. Konformità Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika ċ-ċifri li ġejjin għall-2012:
L-għadd ta’ operaturi li nstabu li ma kkonformawx mar-rekwiżiti tad-Direttiva 1999/13/KE:
5.
pt_1
(a) minħabba li d-dejta msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 1999/13/KE jew ma ġietx irrappurtata jew ma kinitx suffiċjenti biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jivverifikaw il-konformità;
(b) b’rabta ma’ nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra tad-Direttiva 1999/13/KE, b’mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3(2), 4(2), 5, 8(2) u 8(3).
L-għadd ta’ stallazzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti ssospendew jew irtiraw l-awtorizzazzjoni tagħhom f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità skont l-Artikolu 10(b) tad-Direttiva 1999/13/KE.
6. Emissjonijiet Għal kull waħda mill-20 attività tal-Anness II.A.1 u l-attivitajiet tal-Anness II.A.2, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ VOCs (komposti organiċi volatili) fl-2012: Jekk jogħġbok indika jekk iċ-ċifra rrappurtata hijiex ibbażata fuq dejta li tkejlet, ġiet ikkalkulata u/jew stmata.
7. Jekk possibbli, jekk jogħġbok agħti stima ta’:
L-għadd totali ta’ persunal (nazzjonali, reġjonali, awtoritajiet lokali) involuti fl-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 1999/13/KE (fakultattiva),
Il-kostijiet totali (EUR fis-sena) assoċjati ma’ dan għal dawn l-awtoritajiet (fakultattiva).
8. Xi kummenti oħra