Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2010 tat-30 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/687@2010-07-30/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u partikolarment l-Artikoli 103h u 127 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) L-Artikolu 103d(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi biex l-għotja ta’ għajnuna finanzjarja tkun limitata għal 4.1 % jew 4.6 % tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ta’ kull organizzazjoni tal-produtturi.
(2) L-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 jistipula regoli dettaljati għall-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni għal organizzazzjoni tal-produtturi. Skont il-punt (a) tal-paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu, meta applikabbli, organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiffattura l-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex fl-istadju ta’ qabel l-ispejjeż assoċjati mal-organizzazzjoni tal-produtturi, bħala prodott li huwa ppakkjat, ippreparat jew li jkun għadda mill-ipproċessar tal-ewwel stadju.
(3) Il-punt (i) tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fih definizzjoni tal-ipproċessar tal-ewwel stadju. Madankollu, dik id-definizzjoni ħolqot diffikultajiet ta’ interpretazzjoni. Peress li ċ-ċertezza legali titlob regoli ċari dwar il-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata, dik id-definizzjoni għandha titneħħa u d-definizzjoni ta’ prodott sekondarju għandha tiġi addattata kif xieraq.
(4) Instab li huwa diffiċli li jiġi kkalkolat il-valur tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar. Għall-finijiet ta’ kontroll u għas-simplifikazzjoni, huwa xieraq li tiddaħħal rata fissa għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, li tirrappreżenta l-valur tal-prodott bażiku, jiġifieri frott u ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar u l-attivitajiet li mhumiex attivitajiet proprji tal-ipproċessar. Peress li l-kwantitajiet tal-frott u l-ħxejjex meħtieġa għall-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati jvarjaw ħafna bejn il-gruppi tal-produtturi, dawn id-differenzi għandhom ikunu riflessi fir-rati fissi applikabbli.
(5) Fil-każ tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar li huma ttrasformati fi ħwawar aromatiċi u trab tal-paprika, huwa wkoll xieraq li tiddaħħal rata fissa għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, li tirrapreżanta biss il-valur tal-prodott bażiku.
(6) Sabiex tkun żgurata t-tranżizzjoni għas-sistema l-ġdida tal-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, il-programmi operazzjonali approvati fl-20 ta’ Jannar 2010 ma għandhomx jiġu affettwati mill-metodu l-ġdid tal-kalkolu, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li dawn il-programmi operazzjonali jiġu emendati skont l-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007. Għall-istess raġuni, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għall-perjodu ta’ referenza tal-programmi operazzjonali approvati wara dik id-data għandu jiġi kkalkolat skont ir-regoli l-ġodda.
(7) Sabiex tkun permessa aktar flessibiltà fl-użu tal-irtirar mis-suq, huwa xieraq li jiżdied il-marġni annwali għall-qbiż tal-limitu stipulat fl-Artikilu 80(2) tar-Regulation (KE) Nru 1580/2007.
(8) Sabiex tkun iffaċilitata d-distribuzzjoni bla ħlas, huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità jkunu permessi jitolbu kontribuzzjoni simbolika mingħand ir-riċevituri finali tal-prodotti li jkunu ġew irtirati mis-suq, f'każ li dawn il-prodotti jkunu ġew ipproċessati.
(9) L-ammonti tar-rata fissa għall-ispejjeż tat-trasport, l-għażla u l-ippakkjar għad-distribuzzjoni bla ħlas tal-frott u l-ħxejjex irtirati mis-suq u stipulati fl-Artikolu 83(1) u l-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandhom jiġu aġġornati.
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(11) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007
Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat kif ġej:
1. L-Artikolu 21(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
1.
(a) il-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej:
(a)
(h) prodott sekondarju tfisser prodott li jirriżulta mill-preparazzjoni ta’ prodott tal-frott jew il-ħxejjex li għandu valur ekonomiku posittiv iżda li mhuwiex ir-riżultat ewlieni intenzjonat;
(b) il-punt (i) għandu jinbidel b'dan li ġej:
(b)
(i) preparazzjoni tfisser attivitajiet preparatorji bħal ħasil, it-tqattigħ, it-tqaxxir, it-tirqim u t-tnixxif tal-frott u l-ħxejjex, mingħajr ma jiġu ttrasformati fi frott u ħxejjex ipproċessati;
2. L-Artikolu 52 għandu jiġi emendat kif ġej:
2.
(a) għandu jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:
(a)
2a. Il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata ma għandux jinkludi l-valur tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati jew ta’ kwalunkwe prodott ieħor li mhuwiex prodott tas-settur tal-frott u l-ħxejjex. Madankollu, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex intenzjonati għall-ipproċessar, li jkunu ġew ittrasformati f'wieħed mill-frott jew ħxejjex proċessati elenkati fil-Parti X tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew kwalunkwe prodott agrikolu msemmi f'dan l-Artikolu u deskritt aktar fl-Anness VIa għal dan ir-Regolament, minn organizzazzjoni tal-produtturi jew assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-membri tagħhom, li jkunu produtturi jew il-kooperattivi tagħhom, jew sussidjarji kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, sew jekk huma stess jew permezz tal-esternalizzazzjoni, għandhom jiġu kkalkolati bħala rata fissa fil-perċentwali applikata lill-valur iffatturat ta’ dawn il-prodotti pproċessati. Dik ir-rata fissa għandha tkun:
2a.
(a) 53 % għall-meraq tal-frott;
(b) 73 % għall-meraq konċentrat tal-frott;
(c) 77 % għall-kunserva tat-tadam;
(d) 62 % għall-frott u l-ħxejjex friżati;
(e) 48 % għall-frott u l-ħxejjex tal-bott;
(f) 70 % għall-faqqiegħ tal-bott tal-ġenus Agaricus;
(g) 81 % għall-frott proviżorjament priżervat fis-salmura;
(h) 81 % għall-frott imnixxef;
(i) 27 % għal frott u ħxejjex oħra proċessati;
(j) 12 % għall-ħwawar aromatiċi proċessati;
(k) 41 % għat-trab tal-paprika.
(b) il-paragrafu 6 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
(b)
6. Il-produzzjoni kummerċjalizzata tal-frott u l-ħxejjex għandha tkun iffatturata fl-istadju ta’ 'qabel l-ispejjeż assoċjati mal-organizzazzjoni tal-produtturi’ fejn applikabbli, bħala prodott elenkat fil-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li hija ppreparata u ppakkjata u bl-esklużjoni ta’: Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal tnaqqis li għandu jkun applikat għall-valur fatturat għall-prodotti fatturati fi stadji differenti tal-kunsinna jew tat-trasport.
6.
(a) il-VAT;
(b) l-ispejjeż tat-trasport intern, fejn id-distanza bejn il-ġbir ċentralizzat jew punti tal-ippakkjar tal-organizzazzjoni tal-produtturi u l-punt tad-distribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi tkun sinifikanti.
3. fl-Artikolu 53(7), għandhom jiżdiedu dawn is-subparagrafi li ġejjin: Madankollu, għall-programmi operazzjonali approvati fl-20 ta’ Jannar 2010, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għas-sena 2007 u qabel għandu jkun ikkalkolat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-perjodu ta’ referenza, filwaqt li l-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għas-snin 2008 u wara għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fl-2008. Għall-programmi operazzjonali approvati wara l-20 ta’ Jannar 2010, il-valur tal-produzzjoni kummerċjalizzata għas-snin 2008 u wara għandu jkun ikkalkolat abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli fi żmien meta ġie approvat il-programm operazzjonali.
4. fl-Artikolu 80(2), it-tielet subparagrafu għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej: Il-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu l-medji annwali fuq perjodu ta’ tliet snin, b'marġni annwali ta’ qbiż tal-limitu ta’ 5 punti perċentwali.
5. fl-Artikolu 81(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu: L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jitolbu kontribuzzjoni simbolika mingħand ir-riċevituri finali tal-prodotti li jkunu ġew irtirati mis-suq, f'każ li dawn il-prodotti jkunu ġew ipproċessati.
6. fl-Artikolu 83, il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:
6.
1. L-ispejjeż tal-għażla u l-ippakkjar tal-frott u l-ħxejjex friski rtirati mis-suq għad-distribuzzjoni bla ħlas għandhom ikunu eliġibbli skont il-programmi operazzjonali fil-każ ta’ prodotti mqiegħda f'pakketti ta’ anqas minn 25 kilogramma piż nett bl-ammonti tar-rata fissa stipulata fil-Parti A tal-Anness XII.
2. Il-pakketti tal-prodotti għad-distribuzzjoni bla ħlas għandhom juru l-emblema tal-Ewropea, flimkien ma’ waħda jew aktar mir-referenza stabbiliti fil-Parti B tal-Anness XII.
7. Għandu jiżdied l-Anness VIa, kif stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
8. L-Anness XI għandu jiġi ssostitwit bit-test tal-Anness II għal dan ir-Regolament.
9. L-Anness XII għandu jiġi ssostitwit bit-test tal-Anness III għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS I
ANNESS VIa PRODOTTI PROĊESSATI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 52(2a)
Kategorija Kodiċi NM Deskrizzjoni Meraq tal-frott ex2009 Meraq tal-frott, minbarra l-meraq tal-għeneb u l-għeneb magħsur tas-subintestaturi 200961 u 200969 u l-meraq tal-banana tas-subintestatura ex200980 u l-meraq konċentrat, mhux fermentat u bla spirti miżjuda, kemm jekk ikun jew ma jkunx fih zokkor jew sustanzi ta’ ħlewwa oħra miżjuda. Meraq tal-frott konċentrat huwa meraq tal-frott li jaqa’ taħt l-intestatura ex2009 li jitħejja permezz tat-tneħħija fiżika ta’ mill-anqas 50 % tal-kontenut tal-ilma, f'pakketti ta’ kontenut nett ta’ mhux anqas minn 200 kg. Kunserva tat-tadam ex20029031 ex20029091 Kunserva tat-tadam b'kontenut ta’ piż niexef ta’ mhux anqas minn 28 % f'pakketti immedjati ta’ kontenut nett ta’ mhux anqas minn 200 kg. Frott u ħxejjex friżati ex0710 Ħxejjex (mhux imsajra jew imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma) friżati, minbarra l-qamħirrun tas-subintestatura 07104000, żebbuġ tas-subintestatura 07108010 u frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta tas-subintestatura 07108059. ex0811 Frott u lewż, mhux imsajra jew imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, friżati, ma fihomx zokkor jew ħlewwiet oħra miżjuda, minbarra l-banana friżata li taqgħa taħt taħt is-subintestatura ex08119095. ex2004 Ħxejjex oħra preparati jew preżervati b'mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżati, minbarra l-prodotti tal-intestatura 2006, minbarra l-qamħirrun (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura ex20049010, żebbuġ tas-sub intestatura ex20049030 u patata preparata jew preservata f'forma ta’ tqiq, mitħuna jew flejks, tas-subintestatura 20041091 Frott u ħxejjex tal-bott ex2001 Ħxejjex, frott, lewż u partijiet oħra ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati jew preżervati permezz tal-ħall jew l-aċtu aċetiku, minbarra: ex2002 Tadam preparat jew preżervat minbarra bil-ħall jew l-aċtu aċetiku ħlief għall-kunserva tat-tadam tas-subintestaturi ex20029031 u ex20029091 deskritti hawn fuq. ex2005 Ħxejjex oħra preparati jew preżervati minbarra bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżati, ħlief għall-prodotti tal-intestatura 2006 minbarra ż-żebbuġ tas-subintestatura 200570, il-qamħirrun (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 20058000, frott tal-ġenus Capsicum ħlief il-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 20059910, u l-patata preparata jew preżervata f'forma ta’ tqiq, mitħuna jew flejks, tas-subintestatura 20052010. ex2008 Frott, lewż jew partijiet oħra ta’ pjanti tajbin għall-ikel, preparati jew preżervati b'mod ieħor, kemm jekk fihom zokkor jew ħlewwiet oħra jew spirtu miżjuda jew le, mhux speċifikati jew inklużi x' imkien ieħor, minbarra: Faqqiegħ tal-bott 200310 Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, preparat jew preżervat b’mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku. Frott proviżorjament priżervat fis-salmura ex0812 Frott u lewż preżervati proviżorjament fis-salmura, iżda li f'dak l-istat mhumiex tajbin għal konsum immedjat, minbarra l-banana preżervata proviżorjament li taqa’ taħt is-subintestatura ex08129098. Frott imnixxef ex0813 Frott niexef, minbarra dak tal-intestaturi 0801 sa 0806; 08042090 Tin imnixxef; 080620 Għeneb imnixxef; ex200819 - lewż ieħor preparat jew preżervat mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew xi sustanzi oħra ta’ ħlewwa miżjuda jew le, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, minbarra l-lewż tropikali u t-taħlitiet tiegħu. Frott u ħxejjex oħra proċessati Frott u ħxejjex proċessati elenkati fil-Part X tal-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, differenti mill-prodotti elenkati fil-kategoriji ta’ hawn fuq. Ħwawar aromatiċi proċessati ex0910 Sagħtar imnixxef ex1211 Ħabaq, melissa, nagħniegħ, l-origanum vulgare (origanu/merdqux selvaġġ), klin, salvja, kemm jekk maqtugħa, imfarrka jew mitħuna. Trab tal-paprika ex0904 Il-bżar tal-ġenus Piper; Frott tal-ġenus Capsicum jew tal-ġenus Pimenta mnixxef jew imfarrak jew mitħun eskluż il-bżar ħelu li jaqa’ fis-subintestatura 09042010.
frott tal-ġenus Capsicum ħlief il-bżar ħelu jew il-pimenta tas-subintestatura 20019020
qamħirrun (Zea mays var. saccharata) tas-subintestatura 20019030
jam, patata ħelwa u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili li fihom 5 % jew iktar bħala piż ta’ lamtu tas-subintestatura 20019040
qlub tal-palm tas-subintestatura 20019060
żebbuġ tas-subintestatura 20019065
weraq tad-dielja, rimja tal-ħops u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili tas-subintestatura ex20019097.
butir tal-karawett tas-subintestatura 20081110
lewż preparat jew preżervat mod ieħor, kemm jekk biz-zokkor jew xi sustanzi oħra ta’ ħlewwa miżjuda, mhux speċifikat jew inkluż x'imkien ieħor, tas-subintestatura ex200819
qlub tal-palm tas-subintestatura 20089100
qamħirrun tas-subintestatura 20089985
jam, patata ħelwa u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili li fihom 5 % jew iktar bħala piż ta’ lamtu tas-subintestatura 20089991
weraq tad-dielja, rimja tal-ħops u partijiet ta’ pjanti tajbin għall-ikel oħra simili li jaqgħu taħt is-subintestatura ex20089999
taħlitiet ta’ banana preparati jew preżervati b'mod ieħor tas-subintestaturi ex20089259, ex20089278, ex20089293 u ex20089298
banana preparata jew preżervata b'mod ieħor tas-subintestaturi ex20089949, ex20089967 u ex20089999
ANNESS II
ANNESS XI SPEJJEŻ TAT-TRASPORT SKONT ID-DISTRIBUZZJONI BLA ĦLAS IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 82(1)
Distanza bejn il-Post tal-irtirar u l-post tal-kunsinna Spejjeż tat-trasport (EUR/tunnellata) Inqas minn 25km 18,2 Minn 25km sa 200km 41,4 Minn 200km sa 350km 54,3 Minn 350km sa 500km 72,6 Minn 500km sa 750km 95,3 750km jew aktar 108,3 Suppliment għat-trasport refriġerat: EUR 8,5/t.
ANNESS III
ANNESS XII
PARTI A SPEJJEŻ TAL-GĦAŻLA U L-IPPAKKJAR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(1)
Prodott Spejjeż tal-għażla u l-ippakkjar (EUR/tunnellata) Tuffieħ 187,7 Lanġas 159,6 Larinġ 240,8 Klementin 296,6 Ħawħ 175,1 Nuċiprisk 205,8 Dulliegħ 167,0 Pastard 169,1 Prodotti oħra 201,1
Продукт, предназначен за безплатна дистрибуция (Регламент (ЕO) № 1580/2007)
Producto destinado a su distribución gratuita [Reglamento (CE) no 1580/2007]
Produkt určený k bezplatné distribuci [nařízení (ES) č. 1580/2007]
Produkt til gratis uddeling (forordning (EF) nr. 1580/2007)
Zur kostenlosen Verteilung bestimmtes Erzeugnis (Verordnung (EG) Nr. 1580/2007)
Tasuta jagamiseks mõeldud tooted [määrus (EÜ) nr 1580/2007]
Προϊόν προοριζόμενο για δωρεάν διανομή [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1580/2007]
Product for free distribution (Regulation (EC) No 1580/2007)
Produit destiné à la distribution gratuite [règlement (CE) no 1580/2007]
Prodotto destinato alla distribuzione gratuita [regolamento (CE) n. 1580/2007]
Produkts paredzēts bezmaksas izplatīšanai [Regula (EK) Nr. 1580/2007]
Produktas skirtas nemokamai distribucijai [Reglamentas (EB) Nr. 1580/2007]
Ingyenes szétosztásra szánt termék (1580/2007/EK rendelet)
Prodott destinat għad-distribuzzjoni bla ħlas [Regolament (KE) Nru. 1580/2007]
Voor gratis uitreiking bestemd product (Verordening (EG) nr. 1580/2007)
Produkt przeznaczony do bezpłatnej dystrybucji [Rozporządzenie (WE) nr 1580/2007]
Produto destinado a distribuição gratuita [Regulamento (CE) n.o 1580/2007]
Produs destinat distribuției gratuite [Regulamentul (CE) nr. 1580/2007]
Výrobok určený na bezplatnú distribúciu [nariadenie (ES) č. 1580/2007]
Proizvod, namenjen za prosto razdelitev [Uredba (ES) št. 1580/2007]
Ilmaisjakeluun tarkoitettu tuote (asetus (EY) N:o 1580/2007)
Produkt för gratisutdelning (förordning (EG) nr 1580/2007)