Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 692/2010 tat-30 ta’ Lulju 2010 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/692@2010-07-30/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, u b’mod partikulari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.
(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru 3 ta’ dik it-tabella.
(4) Huwa xieraq li jkun stipulat li, soġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza minn qabel u retrospettiva ta’ oġġetti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, id-detentur ikun jista’ għal perjodu ta’ 60 jum ikompli joqgħod fuq tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li huwa marbut mal-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru 1 tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru 2 ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2 Suġġett għall-miżuri fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ verifika doppja u mas-sorveljanza retrospettiva ta’ prodotti tessili waqt l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea, wieħed jista’ għal perjodu ta’ 60 jum jibqa’ joqgħod fuq tagħrif vinkolanti fuq it-tariffi maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifika tal-merkanzija fin-Nomeklatura Magħquda u li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2010. Għall-Kummissjoni Neelie Kroes Viċi President
ANNEX
ANNESS 1.2. Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Artiklu semiċirkulari oħxon, b’dimensjonijiet ġenerali ta’ bejn wieħed u ieħor 75 ċm tul u 45 ċm wisgħa, magħmul minn drapp tat-tessuti minsuġin tal-fibri mibrumin tal-ġewż tal-Indi, li jifforma l-biċċa l-kbira tal-wiċċ, b’rinforz tal-lastku. Dan l-artiklu huwa mdawwar b’bordura dekorattiva tal-lastku. (tapit tal-bieb) Ara l-istampa 652 57022000 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni (RĠI) tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(a) tal-Kapitolu 40, Nota 1 tal-Kapitolu 46, Nota 1 tal-Kapitolu 57 u l-kliem tal-kodiċi NM 5702 u 57022000. Il-fibri tal-ġewż tal-Indi huma fibri tessili veġetali li, meta jinbarmu, jiġu fl-ambitu tal-intestatura 5308 u għaldaqstant jaqgħu taħt it-Taqsima XI (tessuti u oġġetti ta’ tessuti) tan-Nomenklatura Magħquda. Wiċċ l-artiklu huwa magħmul minn tessut minsuġ ta’ ħjut tal-fibri tal-ġewż tal-Indi u tal-lastku, b’mod li l-fibri tal-ġewż tal-Indi jagħtu lill-wiċċ il-karatteristika essenzjali tiegħu skont it-tifsira tar-RĠI 3(b), minħabba li jippermettu lin-nies jogħrku jew jimsħu l-qiegħ taż-żraben tagħhom u, barra minn hekk, il-fibri tal-ġewż tal-Indi jiffurmaw il-parti l-kbira tal-wiċċ. Minħabba li l-materjal tessili (tessut minsuġ ta’ ħjut tal-fibri tal-ġewż tal-Indi) huma l-wiċċ espost tal-artiklu meta jkun qed jintuża, dan l-artiklu huwa kisi tal-art ta’ tessuti skont it-tifsira tan-Nota 1 tal-Kapitolu 57. Minħabba d-daqs, il-ħxuna, l-għebusija u s-saħħa tiegħu, l-artiklu għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta’ kisi tal-art magħmul mit-tessuti (tapit tal-bieb). Barra minn hekk, it-test ta’ mal-intestatura 5702 jinkludi kisi tal-art ieħor ta’ tessuti, minsuġin, mingħajr ma ssir l-ebda distinzjoni fir-rigward tal-użu fuq ġewwa jew fuq barra tat-twapet u mingħajr ma jiġi speċifikat id-daqs tagħhom. Kaġun ta’ dan, skont in-Nota 2(a) tal-Kapitolu 40, dan l-artiklu ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitolu 40, minħabba li dak il-Kapitolu ma jkoprix prodotti tat-Taqsima XI (tessuti u oġġetti ta’ tessuti). Lanqas ma jista’ dan l-artiklu jiġi kklassifikat fil-Kapitolu 46 għax, skont in-Nota 1 ta’ ma’ dak il-Kapitolu, ma tinkludix fibri tessili naturali mibrumin. L-artiklu għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala kisi tal-art magħmul mit-tessuti, fil-Kapitolu 57. Artiklu rettangulari oħxon kbir bejn wieħed u ieħor 60 ċm mit-tul u 40 ċm mill-wisa’, magħmul mill-fibri tal-ġewż tal-Indi li jiffurmaw wiċċ bil-pil. Il-fibri tal-ġewż tal-Indi huma mwaħħlin ma’ wiċċ tal-poly(vinyl chloride), li jifforma r-rinforz ta’ taħt. It-tapit huwa mdawwar b’bordura dekorattiva tal-poly(vinyl chloride). (tapit tal-bieb) Ara l-istampa 653 57050090 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni (RĠI) tan-Nomenklatura Magħquda, min-Nota 2(p) ta’ mal-Kapitolu 39, min-Nota 1 ta’ mal-Kapitlu 57 u mill-kliem tal-kodiċijiet 5705 u 57050090 tan-NM. Il-fibri tal-ġewż tal-Indi huma fibri tessili veġetali fl-ambitu tal-intestatura 5305 u għaldaqstant jaqgħu taħt it-Taqsima XI (tessuti u oġġetti ta’ tessuti) tan-Nomenklatura Magħquda. Wiċċ l-artiklu huwa magħmul mill-fibri tal-ġewż tal-Indi u l-poly(vinylchloride), b’mod li l-fibri tal-ġewż tal-Indi jagħtu lill-wiċċ il-karatteristika essenzjali tiegħu skont it-tifsira tar-RĠI 3(b), minħabba li jippermettu lin-nies jogħrku jew jimsħu l-qiegħ taż-żraben tagħhom u, barra minn hekk, il-fibri tal-ġewż tal-Indi jiffurmaw il-parti l-kbira tal-wiċċ. Minħabba li l-materjal tessili (il-fibri tal-ġewż tal-Indi) huma l-wiċċ espost tal-artiklu meta jkun qed jintuża, dan l-artiklu huwa kisi tal-art ta’ tessuti skont it-tifsira tan-Nota 1 ta’ mal-Kapitolu 57. Minħabba d-daqs, il-ħxuna, l-għebusija u s-saħħa tiegħu, l-artiklu għandu l-karatteristiċi oġġettivi ta’ kisi tal-art magħmul mit-tessuti (tapit tal-bieb). Barra minn hekk, l-intestatura 5705 tkopri t-twapet u kisi tal-art ieħor magħmul mit-tessuti, mingħajr ma ssir l-ebda distinzjoni fir-rigward tal-użu fuq ġewwa jew fuq barra tat-twapet u mingħajr ma jiġi speċifikat id-daqs tagħhom (Ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-SA ta’ mal-intestatura 5705, l-ewwel paragrafu). Din l-intestatura tinkludi twapet tal-pil inkullati, fejn il-wiċċ tal-pil ikun imwaħħal ma’ rinforz jew inkella direttament ma’ sustanza li twaħħal li tkun tifforma r-rinforz (Ara wkoll in-Noti Spjegattivi tas-SA ta’ mal-intestatura 5705, it-tieni paragrafu (1)). Kaġun ta’ dan, skont in-Nota 2(p) ta’ mal-Kapitolu 39, dan l-artiklu ma jistax jiġi kklassifikat fil-Kapitolu 39, minħabba li dak il-Kapitolu ma jkoprix prodotti tat-Taqsima XI (tessuti u oġġetti ta’ tessuti). L-artiklu għandu għalhekk jiġi kklassifikat bħala kisi tal-art magħmul mit-tessuti, fil-Kapitolu 57.