Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 712/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 754/2009
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/712@2010-07-26/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Emendament tar-Regolament (UE) Nru 53/2010
- (1)
- Artikolu 15 Limitazzjonijiet fuq il-kapaċità tas-sajd, tal-koltivazzjoni u tat-tismin għat-tonn
- (2) (a) Kondizzjoni speċjali:
- (3)
- (4)
- (6)
- (8)
- (4) Tabella A Tabella B
- (6) Tabella A Tabella B
- Artikolu 2 Emendament tar-Regolament (KE) Nru 754/2009
- ANNEX
- ANNESS III Limiti kwantitattivi ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti tal-UE li jistadu f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta’ Jannar 2010 jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE u, għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid.
(2) Fil-kuntest tal-Ftehim man-Norveġja dwar is-sajd, saru disponibbli għall-Unjoni 521 tunnellata oħra ta’ merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II tal-ICES, kif ukoll 150 tunnellata ta’ merlangu u 100 tunnellata ta’ barbun tat-tbajja’ fil-Baħar tat-Tramuntana. Barra minn hekk, ġew emendati l-arranġamenti għal-liċenzji għal bastimenti tal-UE li jistadu għall-kavalli fl-ilmijiet Norveġiżi. Dawn il-miżuri għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.
(3) Fil-laqgħa annwali tagħha fl-2009, l-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO) iddeċidiet li terġa’ tiftaħ is-sajd għall-merluzz fiż-żona 3M tan-NAFO u għar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO wara li ffissat moratorju ta’ aktar minn għaxar snin. Ir-regoli dwar il-qabdiet inċidentali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 53/2010 għaż-żewġ tipi ta’ sajd li reġgħu nfetħu għandhom jiġu emendati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-regoli ġenerali dwar il-qabdiet inċidentali applikabbli fiż-Żona Regolatorja tan-NAFO skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1386/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral.
(4) Fil-kuntest tal-Ftehim mal-Groenlandja dwar is-sajd, ġew emendati l-kondizzjonijiet għas-sajd tal-merluzz fl-ilmijiet tal-Groenlandja. Dawn l-emendi għandhom jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.
(5) Fil-laqgħa speċjali tiegħu li seħħet f’Madrid fl-24-26 ta’ Frar 2010, il-Kumitat ta’ Konformità tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn Atlantiku (ICCAT) naqqas il-kwota għat-tonn allokat lill-Unjoni Ewropea. Għalhekk, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet ġodda jiġu implimentati fil-liġi tal-Unjoni.
(6) Fid-dawl tal-paragrafi 5 u 8 tal-Artikolu 5 u l-paragrafu 4 tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 302/2009 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran huwa meħtieġ li jiġi stabbilit l-għadd massimu u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross ta’ bastimenti tas-sajd għal kull Stat Membru li jista’ jkun awtorizzat jistad għal, iżomm abbord, jittrażborda, jittrasporta, jew iħott l-art it-tonn, l-għadd massimu ta’ nases tat-tonn li jistgħu jiġu awtorizzati minn kull Stat Membru, il-kapaċità massima ta’ koltivazzjoni u tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-input massimu ta’ tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka għall-istabbilimenti tal-akkwakultura tiegħu.
(7) Fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ opportunitajiet tas-sajd u f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perijodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijie il-Kunsill jista’, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u vvalutata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit f’dak ir-Regolament, dment li tkun disponibbli dejta adegwata dwar qabdiet u rimi ta’ merluzz tal-bastimenti kkonċernati, li l-perċentwal ta’ qabdiet ta’ merluzz ma jeċċedix 1,5 % tal-qabdiet totali għal kull grupp ta’ bastimenti u li l-inklużjoni tal-grupp fir-reġim tal-isforz ikun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali tiegħu fuq l-istokkijiet ta’ merluzz. Il-Ġermanja pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ merluzz minn grupp ta’ bastimenti li stadu għall-pollakkju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana u fiż-żona fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’malji ta’ 120 mm jew aktar. L-Irlanda pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ merluzz minn grupp ta’ bastimenti li stadu għan-Nephrops (Ksampu) fil-Baħar Irlandiż bi gradilja selettiva simili għal dik definita fl-Appendiċi 2 għall-Anness III mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 43/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi għall-2009 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet Komunitarji, għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid. Franza pprovdiet informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ merluzz minn grupp ta’ bastimenti li stadu għall-ispeċijiet tal-fond fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’malji ta’ 110 mm jew aktar. Abbażi ta’ dik l-informazzjoni kif ivvalutat mill-ISTECF, jista’ jiġi stabbilit li l-qabdiet tal-merluzz, inkluż ir-rimi, minn dawk il-gruppi ta’ bastimenti ma jaqbżux il-1,5 % tal-qabdiet totali tagħhom. Barra minn hekk, fid-dawl tal-miżuri ta’ kontroll u monitoraġġ stabbiliti, li jiżguraw il-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd ta’ dawk il-gruppi ta’ bastimenti u b’kont meħud tal-fatt li l-inklużjoni ta’ dawn il-gruppi jkun jikkostitwixxi piż amministrattiv sproporzjonat għall-impatt ġenerali ta’ dik l-inklużjoni fuq l-istokkijiet ta’ merluzz, huwa adatt li dawk il-gruppi ta’ bastimenti jiġu esklużi mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008, u b’hekk ikun possibbli li jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforzi għall-Istati Membri kkonċernati kif meħtieġ.
(8) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 ippermetta lill-Istati Membri jimmodifikaw l-allokazzjonijiet tal-isforzi tagħhom fl-2009 billi jittrasferixu l-isforz tas-sajd u l-kapaċità bejn iż-żoni ġeografiċi, dment li kienu jintlaħqu ċerti kondizzjonijiet. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi rigward trasferimenti ta’ ċertu ammont ta’ sforz u ta’ kapaċità mill-Baħar tat-Tramuntana għall-Baħar Irlandiż fl-2009, huwa xieraq li jiġi aġġustat l-isforz massimu permess allokat lill-Pajjiżi l-Baxxi, li jkun kif stabbilit fl-Appendiċi 1 għall-Anness IIA mar-Regolament (KE) Nru 53/2010.
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 754/2009 tas- 27 ta’ Lulju 2009 li jeskludi ċerti gruppi ta’ bastimenti mir-reġim tal-isforz tas-sajd stabbilit fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 għalhekk għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010 japplika mill-1 ta’ Jannar 2010. Iżda l-limiti tal-isforzi tas-sajd huma stabbiliti għal perijodu ta’ sena li jibda mill-1 ta’ Frar 2010. Sabiex tiġi segwita s-sistema ta’ kull sena ta’ rappurtar dwar l-opportunitajiet tas-sajd, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-limiti tal-qbid u l-allokazzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010 u d-dispożizzjonijiet dwar il-limiti tal-isforzi tas-sajd mill-1 ta’ Frar 2010. Tali applikazzjoni retroattiva ma tippreġudikax il-prinċipju taċ-ċertezza legali peress li l-opportunitajiet tas-sajd li għandhom jitnaqqsu għadhom ma ġewx eżawriti,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Emendament tar-Regolament (UE) Nru 53/2010
Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010 huwa emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(1)
Artikolu 15 Limitazzjonijiet fuq il-kapaċità tas-sajd, tal-koltivazzjoni u tat-tismin għat-tonn
1. L-għadd massimu ta’ dgħajjes tal-UE tas-sajd bil-lixka u tas-sajd bir-rixa awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Lvant tal-Atlantiku għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 1 tal-Anness IV.
2. L-għadd massimu ta’ dgħajjes tas-sajd kostali artiġjanali tal-UE awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Mediterran għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 2 tal-Anness IV.
3. L-għadd massimu ta’ bastimenti tas-sajd tal-UE li jistadu għat-tonn fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta’ koltivazzjoni, awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 3 tal-Anness IV.
4. L-għadd u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross ta’ bastimenti tas-sajd awtorizzati li jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw, jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għandhom ikunu limitati kif stipulat fil-punt 4 tal-Anness IV.
5. L-għadd ta’ nases involuti fis-sajd tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran għandu jkun limitat kif stipulat fil-punt 5 tal-Anness IV.
6. Il-kapaċità tal-koltivazzjoni tat-tonn, il-kapaċità tat-tismin u l-input massimu ta’ tonn maqbud mis-selvaġġ allokat għall-istabbilimenti tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għandhom ikunu limitati kif stipulat fil-punt 6 tal-Anness IV.
(2) L-Anness IA huwa emendat kif ġej:
(2) (a) Kondizzjoni speċjali:
l-entrata għall-merlangu fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa hija sostitwita b’dan li ġej: Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żona li ġejja: L-ilmijiet Norveġiżi ta’ IV (WHG/*04N-) UE 8203 Speċi Merlangu Merlangius merlangus Żona IV; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa (WHG/2AC4.) Belġju 240 TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Danimarka 1036 Ġermanja 270 Franza 1557 Pajjiżi l-Baxxi 599 Svezja 2 Renju Unit 7490 UE 11194 Norveġja 640 TAC 12897
(b) Kondizzjoni speċjali:
l-entrata għall-barbun tat-tbajja’ fiż-żona IV; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa, dik il-parti ta’ IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat hija sostitwita b’dan li ġej: Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt fiż-żona li ġejja: L-ilmijiet Norveġiżi ta’ IV (PLE/*04N-) UE 24439 Speċi Barbun tat-tbajja’ Pleuronectes platessa Żona IV; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa; dik il-parti ta’ IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat (PLE/2A3AX4) Belġju 3671 TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Danimarka 11931 Ġermanja 3442 Franza 688 Pajjiżi l-Baxxi 22946 Renju Unit 16979 UE 59657 Norveġja 4168 TAC 63825
(ċ) Kundizzjoni speċjali:
l-entrata għall-kavalli fiż-żona IIIa u IV; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa, IIIb, IIIc u IIId hija sostitwita b’dan li ġej: Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni li ġejjin: IIIa (MAC/*03 A.) IIIa u IVbc (MAC/*3A4BC) IVb (MAC/*04B.) IVc (MAC/*04C.) VI; l-ilmijiet internazzjonali ta’ IIa mill-1 ta’ Jannar sat-31 ta’ Marzu 2010 u f’Diċembru 2010 (MAC/*2A6.) Danimarka 4130 5360 Franza 490 Pajjiżi l-Baxxi 490 Svezja 390 10 1697 Renju Unit 490 Norveġja 3000 Speċi Kavalli Scomber scombrus Żona IIIa u IV; L-ilmijiet tal-UE ta’ IIa, IIIb, IIIc u IIId (MAC/2A34.) Belġju 475 TAC Analitiku L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Danimarka 12529 Ġermanja 495 Franza 1496 Pajjiżi l-Baxxi 1507 Svezja 4485 Renju Unit 1395 UE 22382 Norveġja 103374 TAC Mhux rilevanti
(3) L-Anness IB huwa emendat kif ġej:
(3)
(a) l-entrata li tikkonċerna l-merluzz fiż-żona tal-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; l-ilmijiet tal-Groenlandja ta’ V u XIV hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi Merluzz Gadus morhua Żona l-ilmijiet tal-Groenlandja tan-NAFO 0 u 1; L-ilmijiet tal-Groenlandja ta’ V u XIV (COD/N01514) Ġermanja 1636 TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. Renju Unit 364 UE 2500 TAC Mhux rilevanti
(b) l-entrata li tikkonċerna l-merluzz fiż-żona tal-ilmijiet Norveġiżi ta’ I u II hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi Merluzz Gadus morhua Żona L-ilmijiet Norveġiżi ta’ I u II (COD/1N2AB.) Ġermanja 2486 TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 847/96 ma japplikax. Greċja 308 Spanja 2773 Irlanda 308 Franza 2281 Portugall 2773 Renju Unit 9642 UE 20571 TAC Mhux rilevanti
(4) L-Anness IC huwa emendat kif ġej:
(4)
(a) l-entrata għall-merluzz fiż-żona 3M tan-NAFO hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi Merluzz Gadus morhua Żona NAFO 3M (COD/N3M.) Estonja 61 Ġermanja 247 Latvja 61 Litwanja 61 Il-Polonja 209 Spanja 796 Franza 110 Portugall 1070 Ir-Renju Unit 521 UE 3136 TAC 5500
(b) l-entrata għar-redfish fiż-żona 3LN tan-NAFO hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi Redfish Sebastes spp. Żona NAFO 3LN (RED/N3LN.) Estonja 173 Ġermanja 119 Latvja 173 Litwanja 173 UE 638 TAC 3500
(5) Fl-Anness ID, l-entrata li tikkonċerna t-tonn fiż-żona tal-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran hija sostitwita b’dan li ġej: Speċi Tonn Thunnus thynnus Żona L-Oċean Atlantiku, fil-Lvant ta’ 45° W, u l-Mediterran (BFT/AE045 W) Ċipru 70,18 Greċja 130,30 Spanja 2526,06 Franza 2021,93 Italja 1937,50 Malta 161,34 Portugall 237,66 Stati Membri kollha 2,41 UE 7087,38 TAC 13500
(6) L-Appendiċi 1 għall-Anness IIA huwa emendat kif ġej:
(6)
(a) Fit-tabella (b), il-kolonni li jikkonċernaw il-Ġermanja (DE) u l-Pajjiżi l-Baxxi (NL) huma sostitwiti b’dan li ġej: Irkaptu regolat DE NL TR 1 1269111 371757 TR 2 516154 1080920 TR 3 3501 48508 BT 1 29271 999808 BT 2 1691253 34743212 GN 224484 438664 GT 467 0 LL 0 0
(b) Fit-tabella (c), il-kolonna li tikkonċerna l-Irlanda (IE) hija sostitwita b’dan li ġej u l-kolonna li ġejja għall-Pajjiżi l-Baxxi (NL) hija miżjuda: Irkaptu regolat IE NL TR 1 59625 0 TR 2 778729 0 TR 3 8433 0 BT 1 0 0 BT 2 514584 200000 GN 18255 0 GT 0 0 LL 0 0
(ċ) Fit-tabella (d), il-kolonni li jikkonċernaw il-Ġermanja (DE) u Franza (FR) huma sostitwiti b’dan li ġej: Irkaptu regolat DE FR TR 1 11151 2685733 TR 2 0 7415 TR 3 0 0 BT 1 0 7161 BT 2 0 13211 GN 35442 400503 GT 0 0 LL 0 54917
(7) L-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej:
(8) L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
(8)
(a) it-tabella fil-punt 2 hija sostitwita b’dan li ġej: Spanja 139 Franza 86 Italja 35 Ċipru 25 Malta 83 UE 368
(b) il-punti li ġejjin huma miżjuda:
(b)
(4) Tabella A Tabella B
L-għadd massimu u l-kapaċità totali f’tunnellaġġ gross ta’ bastimenti tas-sajd ta’ kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran Għadd ta’ bastimenti tas-sajd Ċipru Il-Greċja L-Italja Franza Spanja Malta Bastimenti tas-sajd bit-tartarun 1 1 24 19 6 0 Bastimenti tas-sajd bil-konz 12 0 30 0 81 83 Dgħajsa tas-sajd bil-lixka 0 0 0 8 61 0 Xolfa tal-idejn 0 0 0 29 2 0 Bastiment tat-tkarkir 0 0 0 78 0 0 Sajd artiġjanali ieħor 0 256 0 87 33 0 Kapaċità totali f’tunnellaġġ gross Ċipru Il-Greċja L-Italja Franza Spanja Malta Bastimenti tas-sajd bit-tartarun 51 260 4826 1608 0 Bastimenti tas-sajd bil-konz 409 - 1196 0 4416,73 1365,64 Dgħajsa tas-sajd bil-lixka - - - 243 10335,58 0 Xolfa tal-idejn - - - 1436 20,96 0 Bastiment tat-tkarkir - - - 9212 0 0 Sajd artiġjanali ieħor - 3343,21 - 943 489,83 0
(5) Għadd massimu ta’ nases awtorizzati għall-użu fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għas-sajd tat-tonn minn kull Stat Membru Għadd ta’ nases Spanja 6 Italja 6 Portugall 1
(6) Tabella A Tabella B
Il-kapaċità massima ta’ koltivazzjoni u ta’ tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-input massimu ta’ tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista’ jalloka lill-istabbilimenti tiegħu tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran Kapaċità massima tal-koltivazzjoni u tismin tat-tonn Għadd ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura Kapaċità (f’tunnellati) Spanja 14 11852 Italja 15 13000 Greċja 2 2100 Ċipru 3 3000 Malta 8 12300 Input massimu ta’ tonn maqbud mis-salvaġġ (f’tunnellati) Spanja 5855 Italja 3764 Greċja 785 Ċipru 2195 Malta 8768
Artikolu 2 Emendament tar-Regolament (KE) Nru 754/2009
Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 754/2009, il-punti li ġejjin huma miżjuda:
(f) il-grupp ta’ bastimenti tal-ibħra miftuħa li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba mill-Ġermanja tas-26 ta’ Marzu 2010 kif kompletata minn ittri li jġibu d-dati tad-9 ta’ April u tal-20 ta’ Mejju 2010, li jistadu għall-pollakkju (saithe) fil-Baħar tat-Tramuntana, fl-ilmijiet tal-UE taż-Żona IIa tal-ICES u fiż-żona fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir b’malji ta’ 120 mm jew akbar;
(g) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba tal-Irlanda tas-26 ta’ Marzu 2010, li jistadu fil-Baħar Irlandiż matul il-perijodu li fih dawn il-bastimenti jistadu biss għall-Ksampu bi gradilja selettiva simili għal dik definita fl-Appendiċi 2 għall-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 43/2009;
(h) il-grupp ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Franza, parteċipanti fis-sajd indikat fit-talba minn Franza li ġġib id-data tal-24 ta’ Marzu 2010, kif kompletata minn ittri li jġibu d-dati tal-25 ta’ Marzu, id-29 ta’ Marzu, it-8 ta’ April u l-20 ta’ Mejju 2010, li jistadu għall-ispeċijiet tal-fond fiż-żona fil-Punent tal-Iskozja bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’malji ta’ 110 mm jew akbar..
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-punti (1) sa (5) u (8) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2010. Il-punt (6) tal-Artikolu 1 kif ukoll l-Artikolu (2) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Frar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010. Għall-Kunsill Il-President S. Vanackere
ANNEX
ANNESS III Limiti kwantitattivi ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti tal-UE li jistadu f’ilmijiet ta’ pajjiżi terzi
Żona ta’ sajd Sajd Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd Allokazzjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd fost l-Istati Membri Għadd massimu ta’ bastimenti preżenti f’kull ħin Ilmijiet Norveġiżi u ż-żona tas-sajd madwar Jan-Mayen Aringi fit-Tramuntana ta’ 62°00′ N 93 DK: 32, DE: 6, FR: 1, IE: 9, NL: 11, PL: 1, SV: 12, UK: 21 69 Speċijiet demersali, fit-Tramuntana ta’ 62°00′ N 80 DE: 16, IE: 1, ES: 20, FR: 18, PT: 9, UK: 14 50 Kavalli 97 DK: 15, DE: 4, FR: 2, IE: 23, NL: 11, SE: 6, UK: 36 70 Speċijiet industrijali, fin-Nofsinhar ta’ 62°00′ N 480 DK: 450, UK: 30 150 L-ilmijiet tal-Gżejjer Faroe Is-sajd kollu bit-tkarkir b’bastimenti ta’ mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linji ta’ bażi tal-Gżejjer Faroe 26 BE: 0, DE: 4, FR: 4, UK: 18 13 Sajd maħsub għall-merluzz u l-haddock bid-daqs minimu tal-malja ta’ 135 mm, ristrett għaż-żona fin-Nofsinhar ta’ 62°28′ N u fil-Lvant ta’ 6°30′ W 8 4 Sajd bit-tkarkir ’il barra minn 21 mil mil-linji bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perijodi mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju u mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61°20′ N u 62°00′ N u bejn 12 u 21 mil mil-linji ta’ bażi. 70 BE: 0, DE: 10, FR: 40, UK: 20 26 Sajd bit-tkarkir ’il barra minn 21 mil mil-linji bażi tal-Gżejjer Faroe. Fil-perijodi mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Mejju u mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61°20′ N u 62°00′ N u bejn 12 u 21 mil mil-linji ta’ bażi. 70 DE: 8, FR: 12, UK: 0 20 Sajd bit-tkarkir maħsub għall-pollakkju (saithe) bid-daqs tal-malja minimu ta’ 120 mm u bil-possibilità li jintużaw ċineg fit-tond madwar ix-xkora tax-xibka. 70 22 Sajd għall-istokkafixx. L-għadd totali ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd jista’ jiżdied b’erba’ bastimenti sabiex jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe jintroduċu regoli speċjali dwar l-aċċess għal żona li tissejjaħ iż-żona ewlenija tas-sajd għall-istokkafixx. 36 DE: 3, DK: 19, FR: 2, FR: 5, UK: 5 20 Sajd bix-xlief 10 UK: 10 36 Kavalli 12 DK: 12 12 Aringi fit-Tramuntana ta’ 61°N 21 DK: 7, DE: 1, IE: 2, FR: 0, NL: 3, SV: 3, UK: 5 21