Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2010 li taħtar membru Spanjol fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2010/727/UE)

In forceVersion 2010-11-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/727@2010-11-22/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Spanjol,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015.

(2) Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Ángel PANERO FLÓREZ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sur Alberto NADAL BELDA, Director Adjunto a la Secretaría General de la CEOE, huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-perijodu tal-mandat, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2010. Għall-Kunsill Il-President S. Vanackere

Versions

  1. 2010-11-22