Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2010 li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (tfassil mill-ġdid) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8434) (2010/791/UE)

In forceVersion 2010-12-20from 2010-12-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/791@2010-12-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Elenku tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007
  4. ES
  5. PL
  6. SL
  7. ANNESS II Id-Deċiżjoni rrevokata bl-emendi tagħha
  8. ANNESS III Tabella Ta’ Korrelazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u partikolarment il-punt (b)(i) tal-Artikolu 121 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE tat-28 ta’ Ottubru 1988 elenku tal-prodotti indikati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 ġiet emendata b’mod sostanzjali. Ladarba jridu jsiru aktar emendi, għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-prinċipju illi d-deskrizzjonijiet ħalib u prodotti tal-ħalib ma’ jistgħux jintużaw għall-prodotti tal-ħalib apparti dawk deskritti fil-punt II tal-Anness XII għalih. Bħala eċċezzjoni, dan il-prinċipju mhuwiex applikabbli fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-prodotti li n-natura eżatta tagħhom hija magħrufa minħabba l-użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet ikunu ċarament użati sabiex jiddeskrivu l-kwalità tal-karatteristiċi tal-prodott.

(3) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-listi indikattivi tal-prodotti li huma jikkunsidraw li jissodisfaw, ġewwa t-territorji tagħhom, il-kriterji tal-eċċezzjoni msemmija hawn fuq. Għandu jiġi ffurmat elenku ta’ dawn il-prodotti abbażi tal-listi indikattivi nnotifikati mill-Istati Membri. Dik il-lista għandha tintinkludi l-ismijiet tal-prodotti rilevanti skont l-użu tradizzjonali tagħhom fil-lingwi varji tal-Unjoni, sabiexkludi l-ismijiet tal-prodotti rilevanti skont l-użu tradizzjonali tagħhom fil-lingwi varji tal-Unjoni, sabiex dawk l-ismijiet ikunu jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha, stante li jobdu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel.

(4) Addizzjonijiet għal din il-lista jistgħu jsiru skont l-Artikolu 121(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(5) B’segwitu għall-adeżjonijiet fl-Unjoni Ewropea tal-2004 u l-2007, uħud mill-Istati Membri l-ġodda ssottomettew listi ta’ prodotti li huma jqisu li jissodisfaw, fi ħdan it-territorji tagħhom, il-kriterji għall-eċċezzjoni msemmija hawn fuq. Il-lista fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi kkompletata billi jiġu inklużi l-ismijiet tal-prodotti mill-Istati Membri l-ġodda, fil-lingwi rilevanti, li jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni.

(6) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal- Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-prodotti korrispondenti, fit-territorju tal-Unjoni, fir-rigward tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 88/566/KEE hija rrevokata. Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010. Għall-Kummissjoni Dacian Cioloş Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I Elenku tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

ES

Leche de almendras

Kakaosmør

Mandelsmør

Jordnøddesmør

Kokosmælk

Flødeboller

… fromage użata fid-deskrizzjoni deżerta bbażata fuq il-frott li ma jkunx fiha ħalib, jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijieti tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, citronfromage)

Smørtyve

Ostekiks

Osterejer

Flødetablet

Flødefodbolde

Flødemint

Flødekaramel

Kokosmilch

Liebfrau(en)milch

Fischmilch

Milchner

Butterbirne

Rahmapfel

Butterbohne

Butterkohl

Butterpilz

Milchbrätling

Buttersalat

Erdnussbutter

Kakaobutter

Fleischkäse

Leberkäse

Käseklee

Butterhäuptel

Butterschnitzel

Faschiertes Butterschnitzel

Milchmargarine

Margarinestreichkäse

Βούτυρο κακάου

Φρουτόκρεμα

Κρέμα αραβοσίτου

Κρέμα κάστανου

Νουκρέμα

Coconut milk

Cream … jew Milk … użati fid-deskrizzjoni ta’ xarba alkoħolika li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, cream sherry, milk sherry)

Cream soda

Cream filled biscuits (pereżempju, custard cream, bourbon cream, raspberry cream biscuits, strawberry cream, eċċ.)

Cream filled sweets jew chocolates (pereżempju, peppermint cream, raspberry cream, crème egg)

Cream crackers

Salad cream

Creamed coconut u frott ieħor simili, prodotti tal-lewż u tal-ħaxix fejn it-terminu creamed jiddeskrivi l-forma karatterisitika tal-prodott

Cream of tartar

Cream jew creamed soups (pereżempju, cream of tomato soup, cream of celery, cream of chicken, eċċ.)

Horseradish cream

Ice-cream

Jelly cream

Table cream

Cocoa butter

Shea butter

Nut butters (pereżempju, peanut butter)

Butter beans

Butter puffs

Fruit cheese (pereżempju, lemon cheese, Damson cheese)

Lait d’amande

Lait de coco

Crème … użata fid-deskrizzjoni ta’ soppa li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju crème de volailles, crème de légumes, crème de tomates, crème d’asperges, crème de bolets, eċċ.)

Crème … użata fid-deskrizzjoni ta’ xorb alkoħoliku li ma jkunx fih ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjoni tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju crème de cassis, crème de framboise, crème de banane, crème de cacao, crème de menthe, eċċ.)

Crème … użata fid-deskrizzjoni tal-prodotti tal-laħam ippreparati (pereżempju, crème de foie de volaille, pâté crème, eċċ.)

Crème de maïs

Crème de riz

Crème d’avoine

Crème d’anchois

Crème d’écrevisses

Crème de pruneaux, crème de marron (krema ta’ frott ieħor tal-għadma)

Crème confiseur

Beurre de cacao

Beurre de cacahouète

Fromage de tête

Haricot beurre

Beurré Hardy

Latte di mandorla

Burro di cacao

Latte di cocco

Fagiolini al burro

Vajretek

Gyümölcssajt (pereżempju, birsalmasajt)

Disznósajt vagy hússajt vagy fejsajt

Haltej

Kakaóvaj

Kókusztej

Mogyoróvaj

Vajbab

Vajkörte

Pindakaas

Hoofdkaas

Cacaoboter

Leverkaas

Hamkaas

Tongkaas

Nierkaas

Kokosmelk

… crème użata fid-deskrizzjoni ta’ soppa li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, groentencrème, tomatencrème, aspergecrème, eċċ.)

… crème użata fid-deskrizzjoni ta’ xarba alkoħolika li ma jkunx fihaħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju cassiscrème, frambozencrème, cacaocrème, bananencrème, eċċ.)

Crèmevulling

Levercrème

Boterbonen

PL

Ser jabłeczny

Leite de coco

Manteiga de cacau

Manteiga de amendoim

Queijo doce de Tomar

Queijinho de sal

SL

Mesni sir

Arašidové maslo

Fazul’a maslová (maslovka)

Kakaové maslo

Kokosové mlieko

Masliak

Maslová hruška (maslovka)

Pečeňový syr

Vtáčie mlieko

Kaakaovoi

Maapähkinävoi

Voileipäkeksi

Voitatti

Voileipäkakku

Jordnötssmör

Kakaosmör

Smörsopp

Kokosmjölk

Ostkex

Margarinost

Smördeg

ANNESS II Id-Deċiżjoni rrevokata bl-emendi tagħha

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE (ĠU L 310, 16.11.1988, p. 32) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/144/KE (ĠU L 42, 14.2.1998, p. 61)

ANNESS III Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Id-Deċiżjon 88/566/KEE Din id-Deċiżjoni Artikolu 1 Artikolu 1 — Artikolu 2 Artikolu 2 Artikolu 3 Anness Anness I — Anness II — Anness III

Versions

  1. 2010-12-20