Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2010 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għas-sottomissjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2010) 764) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2010/84/UE)

In forceVersion 2010-02-09from 2010-02-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/84@2010-02-09/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bl-għan tal-inklużjoni possibbli fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2) Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ analiżi, jew ma wasal l-ebda dossier komplet fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fl-Artikolu 9 u Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 għand l-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3) Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Fit-13 ta’ Jannar 2009, il-11 ta’ Frar 2009 u l-11 ta’ Marzu 2009 dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(4) Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dak it-tagħrif, bosta kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jieħdu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u mit-tipi ta’ prodotti konċernati, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5) Għalhekk għandha tiġi ffissata skadenza ġdida għas-sottomissjoni tad-dossiers għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament.

(6) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-data ta’ skadenza l-ġdida għas-sottomissjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti stipulati f’dan l-Anness hija t-28 ta’ Frar 2011.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2010. Għall-Kummissjoni Stavros Dimas Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Sustanzi u tipi ta’ prodotti li d-data ta’ skadenza l-ġdida għas-sottomissjoni tad-dossiers tagħhom hija t-28 ta’ Frar 2011

Isem Numru tal-KE Numru tas-CAS Tip ta’ prodott SMR Bromur tal-ammonju 235-183-8 12124-97-9 11 SE Aċidu boriku 233-139-2 10043-35-3 22 NL Chloralose 240-016-7 15879-93-3 15 PT Chloralose 240-016-7 15879-93-3 23 PT Ram 231-159-6 7440-50-8 2 FR Ram 231-159-6 7440-50-8 4 FR Ram 231-159-6 7440-50-8 5 FR N′-tert-butyl-N-cyclopropyl-6-(methylthio)-1,3,5-triazine-2,4-diamine 248-872-3 28159-98-0 7 NL N′-tert-butyl-N-cyclopropyl-6-(methylthio)-1,3,5-triazine-2,4-diamine 248-872-3 28159-98-0 10 NL Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 2 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 3 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 4 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 7 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 9 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 10 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 11 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 12 FR Oligo(2-(2-ethoxy)ethoxyethylguanidinium chloride) Polimer 374572-91-5 20 FR Estratt tal-arżnu (Pine ext.) 304-455-9 94266-48-5 10 LV Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 2 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 3 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 4 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 7 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 9 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 10 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 11 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 12 FR Poly(hexamethylendiamine guanidinium chloride) Polimer 57028-96-3 20 FR Tosylchloramide sodium 204-854-7 127-65-1 11 ES

Versions

  1. 2010-02-09