Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2010 tal-11 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/909@2010-10-11/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib, b'mod partikolari l-Artikolu 23 (1), l-ewwel premessa u (3), l-ewwel premessa tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 635/2010 tad-19 ta' Lulju 2010 li jibda proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni għall-ġobon għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont il-kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.
(2) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ esportazzjoni għal ċerti kwoti u gruppi ta’ prodotti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2011. Għandhom għaldaqstant jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.
(3) Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati għall-kwantitajiet inferjuri minn dawk disponibbli, huwa xieraq, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009, li tiġi pprovvduta l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdallhom lill-applikanti fil-proporzjon tal-kwantitajiet applikati mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-kommunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati.
(4) Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 635/2010, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-16-Tokyo, 16-, 17-, 18-, 20- u l-21-Urugwaj fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna ta’ dan l-Anness.
Artikolu 2 L-applikazzjonijiet għal-liċenzi għall-esportazzjoni ddepożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 635/2010 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati minn 22- u 25- Tokyo, 22- u 25-Uruguay fil-kolonna 3 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba. Il-liċenzji ta’ esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fiż-żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
L-identifikazzjoni tal-grupp skond in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2011 (f’tunnellati) Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1 Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2 In-numru tan-nota Grupp (1) (2) (3) (4) (5) (6) 16 Not specifically provided for (NSPF) 16-Tokyo 908,877 0,2409568 16-Uruguay 3446,000 0,1832277 17 Blue Mould 17-Uruguay 350,000 0,0542064 18 Cheddar 18-Uruguay 1050,000 0,3125000 20 Edam/Gouda 20-Uruguay 1100,000 0,1776486 21 Italian type 21-Uruguay 2025,000 0,0851556 22 Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation 22-Tokio 393,006 4,9125750 22-Uruguay 380,000 4,7500000 25 Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation 25-Tokio 4003,172 4,2262326 25-Uruguay 2420,000 2,5548447