Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 928/2010 tal-15 ta’ Ottubru 2010 li jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 909/2010 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ esportazzjoni tal-ġobon biex jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2011 skont ċerti kwoti tal-GATT

In forceVersion 2010-10-15from 2010-10-12
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/928@2010-10-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel subparagrafu ta’ (3) tiegħu,

Billi:

(1) Kien hemm żball fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 909/2010, għall-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-gruppi 16-Urugwaj u 17-Urugwaj. Dawn il-koeffiċjenti għadhom ma ġewx applikati mill-Istati Membri.

(2) Sabiex jiżgura li l-operaturi fl-Istati Membri differenti huma trattati b’mod li mhuwiex diskriminatorju u li ma jinħarġu l-ebda liċenzji abbażi ta’ koeffiċjenti li mhumiex korretti, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-pubblikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 909/2010.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 909/2010 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 909/2010 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mit-12 ta’ Ottubru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2010. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2010, il-linji li jikkorrispondu għal Noti Nru 16, grupp 16 Urugwaj u 17 huma sostitwiti b’dan li ġej: 16 Mhux speċifikament ipprovduta għall-(NSPF) 16-Urugwaj 3446,000 0,1635967 17 Blue Mould 17-Urugwaj 350,000 0,0833333

Versions

  1. 2010-10-15