Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 969/2010 tas-27 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Ottubru 2010 mir-Regolament (KE) Nru 327/98
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/969@2010-10-27/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 tal-10 ta’ Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, fetaħ u ffissa l-mod tal-ġestjoni ta' ċerti kwoti tarriffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX għal dak ir-Regolament.
(2) Għall-finijiet tal-kwota bin-numru 09.4138 prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, l-uniku subperjodu huwa x-xahar ta' Ottubru. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet tal-kwoti mhux użati bin-numri 09.4127-09.4128-09.4129-09.4130 tas-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta’ Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti bin-numri 09.4148 u 09.4168 previsti fl-Artikolu 1(1), (b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, li jinkludi l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati tas-subperjodu preċedenti.
(3) Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4148, it-talbiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol tax-xahar ta' Ottubru 2010, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jaqbżu l-kwantità disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba.
(4) Jeħtieġ ukoll li jkun magħruf il-perċentwal finali ta' użu ta' kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2010.
(5) Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numri tas-serje 09.4138 u 09.4148 stipulat(i) bir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2010, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
2. Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota prevista fir-Regolament (KE) Nru 327/98 tul is-sena 2010, jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2010. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Ottubru 2010 b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98 u l-perċentwali finali ta’ użu għas-sena 2010:
a)
Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun bil-kodiċi tan-NM 100630, prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2010 Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010 L-Istati Uniti tal-Amerika 09.4127 96,77 % It-Tajlandja 09.4128 90,36 % L-Awstralja 09.4129 52,94 % Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor 09.4130 100 % Il-pajjiżi kollha 09.4138 3,216100 % 100 %
b)
Kwota ta' ross imnaddaf kopert bil-kodiċi tan-NM 100620, provduta bl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2010 Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010 Il-pajjiżi kollha 09.4148 33,333333 % 100 %
c)
Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 100640, provduta bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010 It-Tajlandja 09.4149 37,90 % L-Awstralja 09.4150 0 % Il-Gujana 09.4152 0,78 % L-Istati Uniti tal-Amerika 09.4153 54,87 % Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor 09.4154 100 %
d)
Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 100630, prevista fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010 It-Tajlandja 09.4112 100 % L-Istati Uniti tal-Amerika 09.4116 100 % L-Indja 09.4117 100 % Il-Pakistan 09.4118 100 % Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor 09.4119 100 % Il-pajjiżi kollha 09.4166 100 %
e)
Kwota ta' ross miksur li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 100640, prevista fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 327/98: Oriġini Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2010 Perċentwal finali tal-użu tal-kontinġent għas-sena 2010 Il-pajjiżi kollha 09.4168 — 100 %