Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 993/2010 tal-4 ta’ Novembru 2010 li ma jagħti l-ebda rifużjoni għat-trab tal-ħalib xkumat fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 619/2008

In forceVersion 2010-11-04from 2010-11-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2010/993@2010-11-04/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u partikolarment l-Artikolu 164(2) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib jipprovdi stedina permanenti għall-offerti.

(2) Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1454/2007 tal-10 ta’ Diċembru 2007 li jistipula regoli komuni biex tkun stabbilita proċedura ta’ offerta għall-iffissar ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli u wara stħarriġ tal-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-perjodu tat-tressiq tal-offerti li jintemm fit-2 ta’ Novembru 2010.

(3) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 619/2008 għall-perjodu ta' tressiq li jintemm fit-2 ta’ Novembru 2010, ma ngħatat l-ebda rifużjoni għall-prodott u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(c) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament imsemmi.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Novembru 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2010. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Jean-Luc Demarty Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Versions

  1. 2010-11-04