Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1005/2011 tal-11 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi l-koeffiċjent ta’ allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT

In forceVersion 2011-10-11from 2011-10-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1005@2011-10-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [ir-Regolament dwar l-OKS Unika]),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(1) u l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 789/2011 li jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT imsemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009.

(2) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti gruppi ta’ prodotti u kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għas-sena tal-kwoti 2012. Jeħtieġ għalhekk li jiġu stabbiliti koeffiċjenti ta' allokazzjoni.

(3) Fil-każ ta’ gruppi ta’ prodotti u ta’ kwoti fejn l-applikazzjonijiet depożitati huma għal kwantitajiet iktar baxxi minn dawk disponibbli, huwa xieraq li tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jifdal b'mod proporzjonali għall-kwantitajiet mitluba. L-allokazzjoni tal-kwantitatijiet żejda għandha tiġi subordinata għall-komunikazzjoni lill-awtorità kompetenti dwar il-kwantitajiet aċċettati mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati.

(4) Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni tal-proċedura tad-determinazzjoni ta’ dawn il-koeffiċjenti, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 789/2011, jeħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-aktar fis possibbli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament (UE) Nru 789/2011 rigward il-gruppi tal-prodotti u l-kwoti identifikati mis-16-Tokyo, 16-, 17-, 18-, 20- u 21-Urugwaj u 22-Tokjo fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati, bir-riżerva tal-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni indikati fil-kolonna 5 ta' dan l-Anness.

Artikolu 2 L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni depożitati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 789/2011 rigward il-grupp ta’ prodotti u l-kwoti identifikati mit-22-, 25-Urugwaj u 25-Tokjo fil-kolonna 3 tal-Anness għal dan ir-Regolament huma aċċettati skont il-kwantitajiet mitluba. Il-liċenzji tal-esportazzjoni jistgħu jingħataw għall-kwantitajiet żejda skont l-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni kif indikati fil-kolonna 6 tal-Anness, wara l-aċċettazzjoni mill-operatur fi żmien ġimgħa li tibda tgħodd mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u suġġett għall-għoti tal-garanzija mitluba.

Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2011. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS

Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda ta’ Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika Identifikazzjoni tal-grupp u tal-kwota Kwantitajiet disponibbli għas-sena 2012 (f’tunnellati) Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 1 Koeffiċjent ta’ allokazzjoni previst fl-Artikolu 2 In-numru tan-nota Grupp (1) (2) (3) (4) (5) (6) 16 Mhux speċifikament previst (NSPF) 16-Tokjo 908,877 0,2717243 16-Urugwaj 3446,000 0,1769757 17 Blue Mould 17-Urugwaj 350,000 0,0925926 18 Cheddar 18-Urugwaj 1050,000 0,4929577 20 Edam/Gouda 20-Urugwaj 1100,000 0,1834862 21 Tip Taljan 21-Urugwaj 2025,000 0,1359973 22 Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler barra dak bil-formazzjoni tal-għajn 22-Tokjo 393,006 0,8675629 22-Urugwaj 380,000 6,3333333 25 Ġobon Svizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn 25-Tokjo 4003,172 1,8816320 25-Urugwaj 2420,000 3,0344828

Versions

  1. 2011-10-11