Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1051/2011 tal-20 ta’ Ottubru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, fir-rigward tal-istruttura tar-rapporti ta’ kwalità u t-trażmissjoni tad-dejta (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2011-10-20from 2011-11-10
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1051@2011-10-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I L-istruttura tar-rapporti tal-kwalità
  4. L-arranġamenti u l-istrutturi għall-forniment tal-metadejta
  5. Il-kontenut tar-rapporti tal-metadejta u tal-kwalità
  6. ANNESS II Tabelli aggregati għat-trażmissjoni tad-dejta elenkata fl-Anness I u fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011
  7. L-istruttura tal-fajls u l-kodifikazzjoni
  8. Intestatura
  9. Dejta
  10. Noti
  11. ANNESS III Fajls tal-mikrodejta għat-trażmissjoni tad-dejta elenkata fit-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011
  12. L-istruttura tal-fajls u l-kodifikazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu, u b’mod partikolari l-Artikoli 6(4) u 9(2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 stabbilixxa qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu.

(2) Għandu jkun żgurat livell raġonevoli ta’ kwalità tal-informazzjoni mxerrda u ż-żamma tas-serji ta’ statistika dwar it-turiżmu eżistenti.

(3) Għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti dwar ir-rapporti tal-kwalità u l-istruttura tar-rapporti, kif ukoll l-arranġamenti prattiċi dwar it-trażmissjoni tad-dejta.

(4) Jixraq li kemm jista’ jkun tintuża fis-sħiħ l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu filwaqt li tkun irrispettata l-kunfidenzjalità tar-reġistri tad-dejta individwali.

(5) Ċerta dejta għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri biex titkompla l-kopertura statistika tat-turiżmu fil-livell nazzjonali.

(6) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-arranġamenti dwar ir-rapporti tal-kwalità u l-istruttura ta’ dawn ir-rapporti għandhom ikunu skont kif inhu stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2 L-istandard tal-iskambju tat-tabelli aggregati għandhom ikunu skont kif inhu stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3 L-istandard tal-iskambju tal-faxxikli tal-mikrodejta għandu jkun kif stabbilit fl-Anness III.

Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS I L-istruttura tar-rapporti tal-kwalità

L-arranġamenti u l-istrutturi għall-forniment tal-metadejta

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (il-Eurostat) bil-metadejta ta’ referenza skont l-Istruttura tal-Metadejta Euro SDMX, kif hemm iddefinit fir-Rakkomandazzjoni 2009/498/KE għas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-mikrodejta u l-metadejta meħtieġa (li tinkludi dik dwar il-kwalità) skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-metadejta għandha tintbagħat lill-Eurostat permezz tal-punt ta’ aċċess uniku jew b’mod li l-Kummissjoni (l-Eurostat) jkollha aċċess għaliha b’mezzi elettroniċi.

Il-kontenut tar-rapporti tal-metadejta u tal-kwalità

Ir-rapport għandu jinkludi l-kunċetti li ġejjin u jkopri t-turiżmu intern (l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011) kif ukoll it-turiżmu nazzjonali (l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011):

(1) Ir-rilevanza, li tinkludi l-kompletezza kontra l-ħtiġiet tal-utenti biss, u l-kompletezza tad-dejta kontra r-rekwiżiti u rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 692/2011.

(2) L-akkuratezza, ukoll l-iżbalji f’dak li għandu jiġi kopert (jiġi wisq kopert jew ma jkunx hemm kopertura biżżejjed), memorja mhux akkurata, żbalji tal-klassifikazzjoni, nuqqas ta’ risposta dwar l-oġġett u l-unità (ikklassifikat skont it-tip ta’ unità li dwarha ma jkunx hemm risposta), it-rata tat-taxxa tal-imputazzjoni (għat-Taqsima 2 tal-Anness II), żbalji fit-teħid ta’ kampjuni u koeffiċjenti tal-varjazzjoni għal sett ta’ indikaturi u analiżijiet ewlenin (kif ukoll deskrizzjoni tal-formuli jew l-algoritmi li jkunu ntużaw fil-kalkolu tal-koeffiċjenti tal-varjazzjoni) u reviżjoni tad-dejta (politika, prattika, l-impatt fuq indikaturi ewlenin).

(3) Li kollox isir f’waqtu, l-informazzjoni fil-kalendarju għall-proċess ta’ produzzjoni sal-pubblikazzjoni tar-riżultati (l-ewwel riżultati, u r-riżultati finali u sħaħ).

(4) Il-puntwalità, inkluża dik tal-informazzjoni dwar id-dati tat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni (Eurostat) mqabblin mal-iskadenzi speċifikati fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 għal kull wasla ta’ dejta marbuta mas-sena ta’ referenza.

(5) L-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza, inkluż għall-informazzjoni dwar il-kalendarju tar-rilaxx tal-pubblikazzjonijiet ewlenin (fuq il-karta u onlajn) marbutin mal-perjodi ta’ referenza tas-sena ta’ referenza.

(6) Il-komparabbiltà, inkluża l-komparabbiltà bejn żoni ġeografiċi, bejn żminijiet differenti (serje interrotta) u bejn oqsma tal-istatistika differenti.

(7) Il-koerenza, li tinkludi l-koerenza fil-qasam mad-dejta minn sorsi oħrajn, il-koerenza ma’ oqsma oħra tal-istatistika, il-koerenza bejn l-istatistiċi annwali u infra-annwali.

(8) Spiża u Piż, inkluża (fejn disponibbli) indikazzjoni kwantitattiva/monetarja u kwalitattiva tal-ispejjeż marbutin mal-ġbir u l-produzzjoni u l-piż fuq dawk li jwieġbu, u deskrizzjoni ta’ miżuri reċenti jew ippjanati biex tittejjeb il-kosteffiċjenza u/jew jitnaqqas il-piż minn fuq min iwieġeb.

(9) Metadejta marbuta mal-preżentazzjoni tal-istatistika u l-ipproċessar tal-istatistika, inkluża l-informazzjoni dwar (fejn ikun relevanti) il-konċetti, id-definizzjonijiet u l-klassifiki użati, is-sorsi użati, il-kwadru ta’ popolazzjoni, il-popolazzjoni fil-mira, il-frekwenza tal-ġbir tad-dejta, it-tip ta’ stħarriġ u l-metodi tal-ġbir tad-dejta, l-ambitu (u l-limiti tal-ambitu), il-forma u l-metodoloġija tat-teħid tal-kampjuni, il-proċeduri ta’ żieda, it-trattament tad-dejta kunfidenzjali u kontroll fuq l-iżvelar tagħha.

ANNESS II Tabelli aggregati għat-trażmissjoni tad-dejta elenkata fl-Anness I u fit-Taqsimiet 1 u 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011

L-istruttura tal-fajls u l-kodifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta mitluba f’dan ir-Regolament skont standard ta’ skambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-dejta għandha tintbagħat lill-Eurostat permezz tal-punt ta’ aċċess uniku jew b’mod li l-Kummissjoni (l-Eurostat) jkollha aċċess għaliha b’mezzi elettroniċi. Fejn ikun hemm referenza għall-identifikaturi, din tkun tirreferi għall-identifikaturi speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi dokumentazzjoni dettaljata fir-rigward ta’ dawn l-identifikaturi u tipprovdi gwida supplimentari fir-rigward tal-istandard tal-iskambji. Id-dejta li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet dwar l-istandard tal-iskambju speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) tkun meqjusa li ma ngħatatx. Kull sett tad-dejta għandha jkun fiha l-oqsma elenkati f’dan l-Anness.

Intestatura

L-għan tal-intestatura huwa li jidentifika s-serje ta’ dejta li ġiet trasmessa u għandha tikkonsisti minn tliet oqsma:

Perjodu ta’ referenza li għandu jikkonsisti minn seba’ figuri, l-ewwel erbgħa juru s-sena u l-aħħar tlieta juru l-perjodu matul is-sena. Eżempji: 2012A00 (id-dejta annwali għall-2012) jew 2012M01 (dejta tax-xahar għal Jannar 2012).

Il-kodiċi tal-pajjiż għandu jikkonsisti minn żewġ figuri li jirrappreżentaw il-kodiċi tal-pajjiż tal-Istat Membru li jkun qed jittrażmetti d-dejta. Eżempji: BE (il-Belġju), BG (il-Bulgarija), eċċ.

Is-suġġett għandu jikkonsisti minn wieħed minn dawn l-identifikaturi tas-sett tad-dejta li ġejjin: — int_cap_annual turiżmu intern - kapaċità tal-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni għat-turisti id-dejta elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. — int_occ_annual turiżmu intern – dejta dwar l-okkupazzjoni annwali (inkluża stima għall-istabbilimenti li ma jilħqux l-inqas limitu); id-dejta elenkata fit-Taqsima 2 A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. — int_occ_mnight turiżmu intern – dejta kull xahar dwar l-iljieli li għamlu t-turisti; id-dejta elenkata fit-Taqsima 2B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. — int_occ_marrno turiżmu intern – id-dejta ta’ kull xahar dwar in-numri ta’ turisti li jaslu fil-pajjiż u r-rati netti tal-okkupazzjoni; id-dejta elenkata fit-Taqsima 2B tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011. — int_non_rented turiżmu intern – id-dejta ta’ kull sena dwar l-iljieli li għamlu t-turisti f’akkomodazzjoni mhux mikrija; id-dejta elenkata fit-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 — nat_dem_partic turiżmu nazzjonali – il-parteċipazzjoni fit-turiżmu; id-dejta elenkata fit-Taqsima 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 — nat_dem_sdvout turiżmu nazzjonali – żjarat ta’ ġurnata fejn it-turisti jitilqu dakinhar li jaslu; id-dejta elenkata fit-Taqsima 3 A tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 — nat_dem_sdvdom turiżmu nazzjonali – żjarat ta’ ġurnata ta’ turisti mill-pajjiż stess; id-dejta elenkata fit-Taqsima 3B tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011

Dejta

Taħt din l-intestatura jkunu jidhru l-valuri tal-varjanti u l-analiżijiet għal kull sett tad-dejta, u għandu jkun hemm sitt oqsma:

Il-Varjabbli jkun fih l-identifikatur għall-varjant;

Taħt Analiżi jkun hemm l-identifikatur għall-kategorija tal-analiżi jew, fejn relevanti, l-għaqda tal-kategoriji tal-analiżi;

Taħt Unità jkun hemm l-identifikatur għall-unità tal-kejl;

Taħt Valur għandu jkun hemm il-valur ingrossat għall-karatteristika tal-popolazzjoni marbuta mal-varjant u l-analiżi indikati;

Taħt Marki għandu jkun hemm il-marki li jfissru din id-dejta ġiet iċċekkjata u tista’ titqassam, din id-dejta mhijiex affidabbli u ma għandhiex titqassam għall-użu iżda tista’ tingħaqad ma’ dejta oħra f’tabelli aggregati ta’ livell ogħla u dejta soġġetta għal kunfidenzjalità primarja jew sekondarja;

Taħt Rimarki għandhom jiddaħħlu kull osservazzjoni qasira jew xi metadejta marbuta ma’ valur partikolari (ir-rimarki jew in-noti tal-qiegħ marbutin mal-varjanti jew mal-analiżijiet għandhom jissemmew taħt Noti).

Noti

Din l-intestatura għandu jkun fiha kull nota ta’ spjegazzjoni, nota tal-qiegħ u metadejta, għal kull sett tad-dejta, li jikkonċernaw varjant wieħed jew iżjed minn wieħed, jew analiżijiet jew noti ġenerali dwar is-sett tad-dejta kollu kemm hu, u jkun fiha tliet oqsma:

Varjant ikun fih l-identifikatur għall-varjant li għalih tkun relevanti n-nota;

Taħt Analiżi jkun hemm l-identifikatur għall-kategorija tal-analiżi jew, fejn relevanti, l-għaqda tal-kategoriji tal-analiżi li għalihom tkun relevanti n-nota;

Taħt Rimarki għandhom jiddaħħlu n-noti ħielsa li jistgħu jiġu ppubblikati bħala noti dwar il-metodoloġija jew spjegazzjonijiet addizzjonali biex id-dejta trażmessa tinftiehem aħjar.

ANNESS III Fajls tal-mikrodejta għat-trażmissjoni tad-dejta elenkata fit-Taqsima 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 692/2011

L-istruttura tal-fajls u l-kodifikazzjoni

Kull vjaġġ osservat għandu jkun irreġistrat individwalment fil-fajl tal-mikrodejta trażmess. Dan il-fajl tal-mikrodejta għandu jiġi ċċekkjat, editjat, u, fejn hemm bżonn, imputat, u għandu jkollu struttura u kodifikazzjoni kif deskritt fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-Kummissjoni (Eurostat) se tipprovdi aktar struzzjonijiet dwar il-format tat-trażmissjoni. Id-dejta li ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet għall-istandard tal-iskambju stipulati f’dan l-Anness titqies li ma ntbagħtitx. Kolonna Identifikatur Deskrizzjoni Filtru/kummenti 1/6 000001-999999 Numru f’sekwenza ta’ kull vjaġġ KARATTERISTIĊI TAL-VJAĠĠ 7/8 Xahar tat-tluq 01-24 Numru tax-xahar (Jannar tas-sena ta’ referenza = 01, Diċembru tas-sena ta’ referenza = 12; Jannar tas-sena kalendarja ta’ qabel = 13, Diċembru tas-sena kalendarja ta’ qabel = 24) 9/11 Dewmien tal-vjaġġ f’numru ta’ ljieli 001-366 Numru ta’ ljieli (tliet ċifri) 12/14 Dewmien tal-vjaġġ: numru ta’ ljieli mqattgħin fit-territorju domestiku Għal vjaġġi ‘l barra biss Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 000-183 Numru ta’ ljieli (tliet ċifri) 15/17 Pajjiż ewlieni tad-destinazzjoni 001-999 Il-kodiċi skont il-lista tal-pajjiżi fil-manwali metodoloġiku mfassal skont l-Artikoluo10 tar-Regolament 692/2011 18 L-għan ewlieni tal-vjaġġ 1 Għan privat/personali: divertiment, rikreazzjoni u vaganzi 2 Għan privat/personali: żjarat lill-familji u l-ħbieb 3 Għan privat/personali: oħrajn (eż. trattament tas-saħħa, pellegrinaġġ) 4 Għan professjonali/kummerċjali 19/24 Tip ta’ destinazzjoni Il-Kolonnao18 = [1, 2, 3]; Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 19 1 Belt = Iva 2 Belt = Le 9 Belt = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) 20 1 Xatt il-baħar = Iva 2 Xatt il-baħar = Le 9 Xatt il-baħar = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) 21 1 Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.) = Iva 2 Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.) = Le 9 Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.) = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) 22 1 Bastiment tal-kruċieri = Iva 2 Bastiment tal-kruċieri = Le 9 Bastiment tal-kruċieri = Mhux applikabbli (Kolonna 18 = 4) 23 1 Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Iva 2 Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Le 9 Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.) = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) 24 1 Oħrajn = Iva 2 Oħrajn = Le 9 Oħrajn = Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) 25 Parteċipazzjoni tat-tfal Il-Kolonna 18 = [1, 2, 3]; Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 1 Iva 2 Le 9 Mhux applikabbli (il-Kolonna 18 = 4) 26 Mezz ewlieni ta’ trasport 1 Bl-ajru (servizzi tat-titjira, titjira skedata jew mikrija, jew servizzi tal-ajru oħrajn) 2 Bil-baħar jew kanali, jew xmajjar jew fil-lagi (linji tal-passiġġieri u laneċ, kruċieri, dgħajjes tad-divertiment, bastimenti mikrijin, …) 3 Ferrovija 4 Xarabank, kowċ (skedata jew mhux skedata) 5 Vettura bil-mutur (privata jew mikrija) 6 Oħrajn (pereżempju bir-rota) 27 Mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni 1 Akkomodazzjoni mikrija: lukandi u stabbilimenti simili 2 Akkomodazzjoni mikrija: siti ta’ kampeġġ, parkeġġi tal-karavan jew tat-trejlers (mhux residenzjali) 3 Akkomodazzjoni mikrija: akkomodazzjoni oħra mikrija (stabbilimenti għall-kura tas-saħħa, alloġġi taż-żgħażagħ, mollijiet, …) 4 Akkomodazzjoni mhux mikrija: villeġġatura privata 5 Akkomodazzjoni mhux mikrija: akkomodazzjoni pprovduta mingħajr ħlas minn qraba jew ħbieb 6 Akkomodazzjoni mhux mikrija: akkomodazzjoni oħra mhux mikrija 28 L-ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex jinkera l-mezz ewlieni tat-trasport Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 1 Iva 2 Le 9 Ma nafx 29 L-ibbukkjar tal-vjaġġ: użu ta’ operatur tal-vjaġġi jew aġenzija tal-ivvjaġġar biex jinkera l-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 1 Iva 2 Le 9 Ma nafx 30 L-ibbukkjar tal-vjaġġ (indipendenti) Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta Il-Kolonna 28 = 2 u l-Kolonna 29 = 2 1 Is-servizzi ġew ibbukkjati direttament mingħand il-fornitur tas-servizz 2 Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar 9 Mhux applikabbli (il-Kolonna 28 ≠ 2 jew il-Kolonna 29 ≠ 2) 31 L-ibbukkjar tal-vjaġġ: Vjaġġ b’kollox inkluż Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 1 Iva 2 Le 32 L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni tat-trasport Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 1 Iva 2 Le 9 Ma nafx 33 L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar minn fuq l-Internet tal-mezz ewlieni ta’ akkomodazzjoni Varjant trijennali, fis-snin mhux obbligatorji: kodiċi = Vojta 1 Iva 2 Le 9 Ma nafx 34/41 In-nefqa fuq trasport tat-turist individwali matul il-vjaġġ 00000000-99999998 Ammont f’euro (tmien ċifri) 42/49 L-infiq fl-akkomodazzjoni tat-turist individwali matul il-vjaġġ 00000000-99999998 Ammont f’euro (tmien ċifri) 50/57 In-nefqa fuq ikel u xorb fil-ħwienet tal-kaféu fir-ristoranti tat-turist individwali matul il-vjaġġ Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess kodiċi = Vojta 00000000-99999998 Ammont f’euro (tmien ċifri) 58/65 Infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ (total ta’ nfieq ieħor, inkluż dak fuq oġġetti dewwiema u ta’ valur) 00000000-99999998 Ammont f’euro (tmien ċifri) 66/73 Oġġetti dewwiema u ta’ valur (sottokategorija tal-infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ) 00000000-99999998 Ammont f’euro (tmien ċifri) IL-PROFIL TAL-VIŻITATUR 74 Sess 1 Raġel 2 Mara 75/77 Età 000-198 Numru ta’ snin magħluqa (tliet ċifri) 78/79 Pajjiż tar-residenza Il-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ċifri (il-Belġju = BE, il-Bulgarija = BG, …) 80 Livell ta’ edukazzjoni Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess kodiċi = Vojta 1 Livell aktar baxx (ISCED 0, 1 jew 2) 2 Livell medju (ISCED 3 jew 4) 3 Livell aktar għoli (ISCED 5 jew 6) 81 Sitwazzjoni tal-impjieg Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess kodiċi = Vojta 1 Impjegat, (impjegat u dak li jaħdem għal rasu) 2 Qiegħda 3 Student/a (jew tifel/tifla tal-iskola) 4 Oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol 82 Dħul tal-unità domestika fi kwartili Varjant mhux obbligatorju, jekk mhux trażmess kodiċi = Vojta 1 l-ewwel kwartili 2 it-tieni kwartili 3 it-tielet kwartili 4 ir-raba’ kwartili FATTUR TAL-INGROSSAR 83/91 Il-fattur tal-ingrossar bejn il-kampjun u l-popolazzjoni 000000-999999 Il-Kolonni minn 83 sa 88 fihom numri sħaħ 000-999 Il-Kolonni minn 89 sa 91 fihom il-punti deċimali

Versions

  1. 2011-10-20