Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2011 tal-20 ta’ Ottubru 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

In forceVersion 2011-10-20from 2011-10-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1060@2011-10-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 614/2009 tas-7 ta’ Lulju 2009 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

(2) Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

(3) Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

(4) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2011. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2011 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

ANNESS I

Kodiċi NM Deżinjazzjoni tal-merkanzija Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3) (f'EUR/100 kg) Oriġini 02071210 Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati 120,6 0 AR 02071290 Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati 143,6 0 BR 132,8 0 AR 02071410 Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati 223,4 23 BR 261,3 12 AR 336,8 0 CL 02072710 Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati 318,5 0 BR 422,5 0 CL 04081180 Isfra tal-bajd 303,5 2 AR 04089180 Bajd imnixxef bla qoxra 313,9 0 AR 16023211 Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ 284,4 1 BR 372,8 0 CL 35021190 Albumini mnixxfa tal-bajd 495,0 0 AR

Versions

  1. 2011-10-20