Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1097/2011 tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

In forceVersion 2011-10-25from 2011-11-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1097@2011-10-25/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2
  4. A.(1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)(9)(10)(11)(12)(13)(14)(15)(16)(17)(18)(19)(20)(21)(22)(23)(24)
  5. B.(1)(2)(3)(4)(5)(6)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi koperti bl-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament.

(2) Fit-8 ta’ Lulju 2011 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva aġġornamenti għal-lista tal-individwi u tal-entitajiet soġġetti għall-iffriżar tal-assi. L-Anness I għandu b’hekk jiġi emendat f’dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2011. Għall-Kummissjoni, f’isem il-President, Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti

ANNEX

ANNESS

ANNESS I Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2

A.(1)(2)(3)(4)(5)(6)(7)(8)(9)(10)(11)(12)(13)(14)(15)(16)(17)(18)(19)(20)(21)(22)(23)(24)

PERSUNI FIŻIĊI Frank Kakolele Bwambale (alias (a) Frank Kakorere, (b) Frank Kakorere Bwambale). Nazzjonalità: Kongoliża. Kariga: Ġeneral tal-FARDC (mingħajr kariga minn Ġunju 2011). Tagħrif ieħor: (a) Telaq mis-CNDP f’Jannar 2008. (b) Residenti f’Kinshasa, ir-Repubblika Domenikana tal-Kongo (RDK) minn Ġunju 2011. (c) Sa mill-2010 kien involut f’attivitajiet, apparentement f’isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-Gvern tar-RDK, inkluża l-parteċipazzjoni f’missjoni tas-STAREC fil-Goma u fil-Beni f’Marzu 2011; (d) Kien mexxej tal-RCD-ML. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Jérôme Kakwavu Bukande (alias (a) Jérôme Kakwavu, (b) Commandant Jérôme). Titolu: Ġeneral. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Kien President tal-UCD/FAPC. (b) Miżmum fil-Ħabs Makala f’Kinshasa, minn Ġunju 2011. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Gaston Iyamuremye (alias: (a) Rumuli, (b) Byiringiro Victor Rumuli, (c) Victor Rumuri, (d) Michel Byiringiro). Data tat-twelid: 1948. Post tat-twelid: (a) Distrett ta’ Musanze (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda; (b) Ruhengeri, ir-Rwanda. Titolu: Brigadier Ġenerali. Kariga: (a) President tal-FDLR, (b) 2ni Viċi President tal-FDLR-FOCA. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Minn Ġunju 2011, ibbażat f’Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta’ Kivu; (b) Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-UNSC tar-RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u politika tal-FDLR; (c) Gaston Iyamuremye mexxa l-uffiċċju ta’ Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f’Kibua, ir-RDK sa Diċembru 2009 Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010. Germain Katanga. Titolu: Ġeneral. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fit-18.10.2007. (b) Kap tal-FRPI. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Thomas Lubanga. Post tat-twelid: Ituri, ir-RDK. Tagħrif ieħor: (a) Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17.3.2006; (b) President tal-UPC/L. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Khawa Panga Mandro (alias (a) Kawa Panga, (b) Kawa Panga Mandro, (c) Kawa Mandro, (d) Yves Andoul Karim, (e) Chief Kahwa, (f) Kawa, (g) Mandro Panga Kahwa, (h) Yves Khawa Panga Mandro). Data tat-twelid: 20.8.1973. Post tat-twelid: Bunia, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, u sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda; (b) Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta’ Makala f’Kinshasa. (c) Kien President tal-PUSIC. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Callixte Mbarushimana. Data tat-twelid: 24.7.1963. Post tat-twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Arrestat f’Pariġi fit-3 ta’ Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f’Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta’ Jannar 2011(b) Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. Iruta Douglas Mpamo (alias (a) Mpano, (b) Douglas Iruta Mpamo). Data tat-twelid: (a) 28.12.1965, (b) 29.12.1965. Post tat-twelid: (a) Bashali, Masisi, ir-RDK (b’referenza għad-data tat-twelid (a)), (b) Goma, ir-RDK (b’referenza għad-data tat-twelid (b), (c) Uvira). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (b) Residenti f’Gisenyi, ir-Rwanda minn Ġunju 2011. (b) Sid/Meneġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Sylvestre Mudacumura (alias (a) Radja, (b) Mupenzi Bernard, (c) General Major Mupenzi, (d) General Mudacumura). Kariga: (a) Kmandant militari tal-FDLR-FOCA; (b) l-ewwel (1st) Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Minn Ġunju 2011, ibbażat fil-foresta Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta’ Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Leodomir Mugaragu (alias: (a) Manzi Leon, (b) Leo Manzi). Data tat-twelid: (a) 1954, (b) 1953. Post tat-Twelid: (a) Kigali, ir-Rwanda, (b) Rushashi (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda. Kariga: Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni. Tagħrif ieħor: (a) Skont rappurtar minn sorsi miftuħa u rappurtar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR; (b) Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f’livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK; (c) Minn Ġunju 2011, ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fil-foresta Kikoma, Bogoyi, Walikale, fit-Tramuntana ta’ Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010. Leopold Mujyambere (alias (a) Musenyeri, (b) Achille, (c) Frere Petrus Ibrahim. Data tat-twelid: (a) 17.3.1962, (b) 1966 (estimu). Post tat-twelid: Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta’ Kivu, issa msejjaħ Amazon tal-FDLR-FOCA; (b) Ibbażat f’Nyakaleke (ix-Xlokk ta’ Mwenga, in-Nofsinhar ta’ Kivu) Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. Ignace Murwanashyaka (alias Ignace). Titolu: Dr. Data tat-twelid: 14.5.1963. Post tat-twelid: (a) Butera, ir-Rwanda; (b) Ngoma, Butare, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) President tal-FDLR u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR; (b) Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Straton Musoni (alias I.O. Musoni). Data tat-twelid: (a) 6.4.1961, (b) 4.6.1961. Post tat-twelid: Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (b) Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta’ Novembru 2009. (b) Sostitwit bħala l-ewwel(1st) Viċi President tal-FDLR. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. Jules Mutebutsi (alias (a) Jules Mutebusi, (b) Jules Mutebuzi, (c) Colonel Mutebutsi). Post tat-twelid: 1964 Minembwe, in-Nofsinhar ta’ Kivu, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Kien Deputat Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-10 Reġjun Militari; (b) F’Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda u minn dak iż-żmien qiegħed jgħix f’semilibertà f’Kigali (mhux awtorizzat jitlaq il-pajjiż). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Mathieu Chui Ngudjolo (alias Cui Ngudjolo). Tagħrif ieħor: (a) Arrestat minn MONUC f’Bunja f’Ottubru 2003. (b) Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta’ Frar 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Floribert Ngabu Njabu (alias (a) Floribert Njabu, (b) Floribert Ndjabu, (c) Floribert Ngabu, (d) Ndjabu). Tagħrif ieħor: (a) President tal-FNI; (b) Taħt arrest domiċiljarju f’Kinshasa minn Marzu 2005; (b) Trasferit fl-Aja fis-27 ta’ Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Laurent Nkunda (alias (a) Laurent Nkunda Bwatare, (b) Laurent Nkundabatware, (c) Laurent Nkunda Mahoro Batware, (d) Laurent Nkunda Batware, (e) General Nkunda, (f) Nkunda Mihigo Laurent, (g) Chairman, (h) Papa Six). Data tat-twelid: (a) 6.2.1967, (b) 2.2.1967. Post tat-twelid: It-Tramuntana ta’ Kivu/Rutshuru, ir-RDK (b’referenza għad-data tat-twelid (a)). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Kien Ġeneral tal-RCD-G; (b) Fundatur, il-Kungress Nazzjonali għad-Difiża tal-Poplu, 2006; (c) Uffiċjal ta’ Livell ogħli, Rally għad-Demokrazija Kongoliża-Goma (RCD-G), 1998-2006; (d) Uffiċjal tal-Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. (e) Arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwandan f’Jannar 2009 u ġie ssostitwit bħala kmandant tas-CNDP; (f) Taħt arrest domiċiljarju f’Kigali. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Félicien Nsanzubukire (alias Fred Irakeza). Kariga: Kap tal-ewwel (1st) battaljun tal-FDLR-FOCA (ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta’ Kivu). Data tat-twelid: 1967. Post tat-twelid: Murama, Kinyinya, Rubungo, Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Membru tal-FDLR sa mill-1994 mill-anqas, u ilu jopera fir-RDK tal-Lvant minn Ottubru 1998. (b) Minn Ġunju 2011 huwa bbażat f’Magunda, it-territorju ta’ Mwenga, in-Nofsinhar ta’ Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010. Pacifique Ntawunguka (alias (a) Colonel Omega, (b) Nzeri, (c) Israel, (d) Pacifique Ntawungula). Kariga: Kmandant, is-Settur Opeattiv tat-Tramuntana ta’ Kivu SONOKI tal-FDLR-FOCA. Data tat-twelid: (a) 1.1.1964, (b) 1964 (estimu). Post tat-twelid: Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Minn Ġunju 2011, ibbażat f’Matembe, it-Tramuntana ta’ Kivu; Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. James Nyakuni. Nazzjonalità: Ugandiża. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Stanislas Nzeyimana (alias (a) Deogratias Bigaruka Izabayo, (b) Bigaruka, (c) Bigurura, (d) Izabayo Deo (e) Jules Mateso Mlamba). Kariga: Deputat Kmandant tal-FDLR-FOCA. Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) 1967 (estimu), (c) 28.8.1966. Post tat-twelid: Mugusa (Butare), ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Minn Ġunju 2011, ibbażat f’Mukoberwa, it-Tramuntana ta’ Kivu; Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009. Dieudonné Ozia Mazio (alias (a) Ozia Mazio, (b) Omari, (c) Mr Omari). Kariga: President tal-FEC fit-territorju ta’ Aru. Data tat-twelid: 6.6.1949. Post tat-twelid: Ariwara, ir-RDK. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Maħsub li miet f’Ariwara fit-23 ta’ Settembru 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Bosco Taganda (alias (a) Bosco Ntaganda, (b) Bosco Ntagenda, (c) General Taganda, (d) Lydia, (e) Terminator, (f) Tango, (g) Tango Romeo, (h) Major. Titolu: Brigadier Ġenerali. Kariga: Deputat Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR Umoja Wetu, Kimia II, u Amani Leo fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar ta’ Kivu (sa minn Jannar 2009) Nazzjonalità: Kongoliża. Data tat-twelid: (a) 1973, (b) 1974. Post tat-twelid: Butera, ir-Rwanda Tagħrif ieħor: (a) Meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f’Nyamitaba, fit-territorju ta’ Masisi, it-Tramuntana ta’ Kivu; (b) Minn Ġunju 2011, huwa jgħix f’Goma u huwa s-sid ta’ azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta’ Ngungu, fit-territorju ta’ Masisi, it-Tramuntana ta’ Kivu; (c) Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta’ Digriet Presidenzjali fil-11 ta’ Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta’ paċi ta’ Ituri; (d) Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f’Jannar 2009; (e) Kmandant militari tal-UPC/L; (f) Kap tal-Persunal tas-CNDP. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Innocent Zimurinda (alias Zimulinda). Titolu: Logutenent Kurunell. Data tat-twelid: (a) 1.9.1972, (b) 1975. Post tat-twelid: Ngungu, fit-Territorju Masisi, Provinċja fit-Tramuntana ta’ Kivu, ir-RDK. Titolu: Kurunell. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta’ Ngungu; (b) F’Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f’Ngungu u sussegwentement f’Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo; (c) Waqt li ma deherx fl-ordinanza Presidenzjali tar-RDK fil-31 ta’ Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, huwa de facto żamm il-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f’Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 23.12.2010.

B.(1)(2)(3)(4)(5)(6)

PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET U KORPI Butembo Airlines (alias BAL). Indirizz: Butembo, ir-RDK. Tagħrif ieħor: Minn Diċembru 2008, il-BAL m’għadhiex iżżomm liċenzja tat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fir-RDK. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. Congomet Trading House. Indirizz: Butembo, it-Tramuntana ta’ Kivu, ir-RDK. Tagħrif ieħor: (a) M’għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f’Butembo, it-Tramuntana ta’ Kivu; (b) Qabel kienet elenkata bħala CONGOCOM. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. Compagnie Aérienne des Grands Lacs (CAGL), (alias Great Lakes Business Company (GLBC)). Indirizz: (a) CAGL: Avenue President Mobutu, Goma, (CAGL għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda); (b) GLBC: PO Box 315, Goma, ir-RDK (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. Machanga Ltd. Indirizz: Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: (a) Kumpanija għall-esportazzjoni tad-deheb (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya); (b) Fl-2010, l-assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Soctia Mocatta (Ir-Renju Unit). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007. Tous Pour la Paix et le Développement (alias TPD). Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta’ Kivu, ir-RDK. Tagħrif ieħor: (a) TPD hija organizzazzjoni mhux governattiva. (b) Goma, b’kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta’ Kivu, f’Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema; (c) Uffiċjalment ġew sospiżi l-attivitajiet kollha mill-2008; (d) Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji ta’ TPD huma miftuħa u involuti f’każijiet relatati mar-ritorni ta’ persuni spostati f’pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta’ rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta’ konflitti dwar l-artijiet, eċċ. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005. Uganda Commercial Impex (UCI) Ltd. Indirizz: (a) Kajoka Street, Kisemente, Kampala, Uganda, (b) PO Box 22709, Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: (a) Kumpanija għall-esportazzjoni tad-deheb (Dawk li kienu diretturi: Is-Sur Kunal Lodhia u s-Sur J.V. Lodhia); (b) F’Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f’Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

Versions

  1. 2011-10-25