Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1110/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2011-11-03from 2011-11-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1110@2011-11-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din it-tip ta' awtorizzazzjoni.

(2) B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta mit-Trichoderma reesei (CBS 114044). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3) L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (PTA 114044) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin, biex tkun ikklassifikata fil-kategorija tal-addittivi addittivi żootekniċi.

(4) L-użu ta' dik il-preparazzjoni ġiet awtorizzata għal 10 snin għat-tiġieġ għat-tismin u t-tiġieġ mrobbija biex ibidu, id-dudjani għat-tismin, id-dundjani mrobbija biex ibidu u għall-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 902/2009.

(5) Kienet tressqet dejta ġdida li tappoġġja l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni enżimatika ta' endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) kkonkludiet fl-opinjonijiet tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2011 li skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li l-użu ta’ dik il-preparazzjoni ttejjeb il-prestazzjoni tat-tiġieġ li jbidu u tat-tkabbir ta' speċi minuri tat-tjur oħra u tal-ħnieżer għat-tismin. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta' ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6) Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, l-użu ta' din il-preparazzjoni kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi awtorizzat.

(7) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi addittivi żootekniċi u mill-grupp funzjonali sustanzi li jtejbu d-diġestibilità, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni Addittiv Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku Speċi jew kategorija tal-annimal Età massima Kontenut minimu Kontenut massimu Dispożizzjonijiet oħrajn Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12 % Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità. 4a8 Roal Oy Endo-1,4-beta ksinalażi EC 3.2.1.8 Speċi minuri tat-tjur minbarra t-tajr tal-bajd — 8000 BXU — l-24 ta' Novembru 2021 Tiġieġ li jbidu u tjur li jbidu ta' speċi minuri tat-tjur 24000 BXU Ħnieżer għat-tismin 24000 BXU

Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044) li għandha attività minima ta':

f’għamla solida; 4 × 106 BXU /g

f'għamla likwida: 4 × 105 BXU/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044)

Metodu analitiku Fl-addittiv u fit-taħlitiet minn qabel: Analizi taz-zokkor ta' riduzzjoni għal endo-1,4-beta-ksilanażi permezz ta' reazzjoni kolorimetrika tar-reaġent ta' aċtu dinitrosaliċiliku fuq il-produzzjoni ta' zokkor ta' riduzzjoni ta' pH 5,3 u 50 °C. Fl-għalf: metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat mill-enżimi mill-ażurina li hi magħquda ma' sottostrat arabinoksilan tal-qamħ.

1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-pretaħlita, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2. Għas-sigurtà: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ngwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġjar

Versions

  1. 2011-11-03