Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 u li jimplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tal-użu ta’ scanners tas-sigurtà fl-ajruporti tal-UE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2011-11-11from 2011-12-02
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1147@2011-11-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. (2)4.1.1.2.
  4. (3)4.1.1.10.
  5. (4)
  6. 11.3.11.3.1.11.3.2.11.3.3.11.3.4.11.3.5.
  7. 11.3.11.3.1.
  8. (6)
  9. 12.11
  10. 12.11.1
  11. 12.11.212.11.2.1.12.11.2.2.
  12. (7) DOKUMENT MEHMUŻ 12-K

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 u b’mod partikolari l-Artikoli 4(2) u 4(3) tiegħu,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, il-Kummissjoni teħtieġ tadotta miżuri ġenerali mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tal-istandards bażiċi komuni stabbiliti fl-Anness għal dak ir-Regolament billi tissupplimentahom.

(2) L-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 jgħid ukoll li l-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, kif issupplimentati bil-miżuri ġenerali adotatti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 4(2).

(3) B’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, jistipula miżuri ġenerali fir-rigward tal-metodi permessi ta’ skrinjar għall-passiġġieri kif stipulat fit-Taqsima A tal-Anness tiegħu.

(4) Sabiex l-użu ta’ scanners tas-sigurtà jkun awtorizzat bħala metodu għall-iskrinjar tal-passiġġieri, għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dwar dan l-użu, l-istandards minimi ta’ prestazzjoni ta’ individwazzjoni u l-kundizzjonijiet minimi operattivi.

(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6) L-iscanners tas-sigurtà għandhom jitqiegħdu u jintużaw f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz); id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esponiment ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(7) Billi jistabbilixxi kundizzjonijiet operazzjonali speċifiċi dwar l-użu ta’ scanners tas-sigurtà u minħabba li jagħti liċ-ċittadini l-possibbiltà li jkunu soġġetti għal metodi ta’ skrinjar alternattivi, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-drittijiet tat-tfal, id-dritt għal-libertà tat-twemmin u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(8) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT,

Artikolu 1 L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)4.1.1.1. f’Kapitolu 4, il-punt 4.1.1.1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: Qabel l-iskrinjar, il-passiġġieri għandhom jinżgħu il-kowtijiet u l-ġkieket u dawn għandhom jiġu skrinjati bħala bagalji tal-kabina. L-ispettur tas-sigurtà jista’ jitlob lill-passiġġier biex jinża’ iktar ħwejjeġ kif xieraq.

(2)4.1.1.2. f’Kapitolu 4, il-punt 4.1.1.2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: Il-passiġġieri għandhom jiġu skrinjati permezz ta’: Meta l-ispettur tas-sigurtà ma jkunx jista’ jiddetermina jekk il-passiġġier hux qed iġorr oġġetti pprojbiti jew le, il-passiġġier ma għandux jingħata aċċess għal żoni ta’ sigurtà ristretta jew għandu jerġa’ jiġi skrinjat sa ma l-ispettur tas-sigurtà ikun sodisfatt.

(2)4.1.1.2.

(a) tfittxija bl-idejn; jew

(b) individwaturi tal-metall li tgħaddi minnhom (WTMD); jew

(ċ) klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi flimkien mal-punt (a); jew

(d) scanners tas-sigurtà li ma jużawx radjazzjoni jonizzanti.

(3)4.1.1.10. fil-Kapitolu 4, għandu jiżdied il-punt li ġej: Meta għall-iskrinjar tal-passiġġieri jintuża scanner tas-sigurtà b’eżaminatur uman, kif iddefinit skont il-punt 12.11.1 tat-tieni paragrafu, għandhom ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: Il-paragrafi (a) u (d) għandhom japplikaw ukoll għall-iscanners tas-sigurtà li għandhom individwazzjoni awtomatika ta’ theddid. Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li ma jagħżlux l-iskrinjar tas-sigurtà. F’dan il-każ, il-passiġġier għandu jkun skrinjat b’metodu ta’ skrinjar alternattiv, inkluża għall-inqas tfittxija bl-idejn f’konformità mad-Dokument Mehmuż 4 A tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2010)774. Meta jiskatta l-allarm tal-iscanner tas-sigurtà, il-kawża tal-allarm għandha tiġi riżolta. Qabel ma jkun skrinjat bi scanner tas-sigurtà, il-passiġġier għandu jkun infurmat dwar it-teknoloġija użata, il-kundizzjonijiet assoċjati mal-użu tiegħu u l-possibbiltà li jagħzel li ma jiġix skrinjat bi scanner tas-sigurtà [opt-out].;

(3)4.1.1.10.

(a) scanners tas-sigurtà ma għandhomx jaħżnu, jżommu, jikkupjaw, jistampaw jew jirkupraw immaġnijiet. Madankollu, kwalunkwe immaġni ġġenerat matul l-iskrinjar jista’ jinżamm għaż-żmien meħtieġ mill-eżaminatur uman biex janalizzah u għandu jħassru hekk kif il-passiġġier ikun rilaxxat. Kwalunkwe aċċess u użu mhux awtorizzat tal-immaġni huwa pprojbit u għandu jkun evitat;

(b) l-eżaminatur uman li janalizza l-immaġni għandu jkun f’post separat sabiex hu/hi ma jkunx/tkunx jista’/tista’ tara lill-passiġġier skrinjat;

(ċ) kwalunkwe tagħmir tekniku li għandu l-kapaċità li jaħżen, jikkopja jew jiffotografa jew jirrekordja immaġni mod ieħor ma għandux ikun permess fil-post separat fejn ikun qed jiġi analizzat l-immaġni;

(d) l-immaġni ma għandhiex tkun marbuta ma’ ebda dejta li tikkonċerna lill-persuna skrinjata u l-identità tiegħu/tagħha għandha tibqa’ anonima;

(e) passiġġier jista’ jitlob li l-immaġni tiegħu/tagħha tkun analizzata minn persuna tas-sess tal-għażla tiegħu/tagħha;

(f) l-immaġni għandha tkun imċajpra jew skurata biex tkun evitata l-identifikazzjoni tal-wiċċ tal-passiġġier.

(4) f’Kapitolu 11, il-punt 11.3 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

(4)

11.3.11.3.1.11.3.2.11.3.3.11.3.4.11.3.5.

ĊERTIFIKAZZJONI JEW APPROVAZZJONI Persuni li jwettqu kompiti kif elenkati fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 għandhom ikunu soġġetti għal: Persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS jew eżaminaturi umani tal-iscanners tas-sigurtà, għandhom, bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni, jgħaddu minn test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet. Il-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni mill-ġdid għall-persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS jew eżaminaturi umani tal-iscanners tas-sigurtà għandhom jinkludu kemm it-test standardizzat tal-interpretazzjoni tal-immaġnijiet kif ukoll evalwazzjoni tal-prestazzjoni operattiva. Jekk wieħed jonqos milli jattendi u jtemm b’suċċess ċertifikazzjoni jew approvazzjoni mill-ġdid fi żmien raġonevoli, li normalment ma jaqbiżx tliet (3) xhur, dan iwassal sabiex id-drittijiet tas-sigurtà relatati jiġu rtirati. Ir-reġistri taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni għandhom jinżammu għall-persuni kollha ċertifikati jew approvati, rispettivament, tal-anqas matul id-dewmien tal-kuntratt tagħhom.

11.3.11.3.1.

(a) proċess ta’ ċertifikazzjoni jew approvazzjoni inizjali; kif ukoll

(b) ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull tliet (3) snin għall-persuni li joperaw tagħmir tar-raġġi X jew tagħmir bl-EDS jew għal dawk li jispezzjonaw bl-iscanners tas-sigurtà; kif ukoll

(ċ) ċertifikazzjoni jew approvazzjoni mill-ġdid tal-anqas kull ħames (5) snin għall persuni l-oħra kollha.

(5)11.4.1.1. fil-Kapitolu 11, għandu jiżdied il-punt li ġej: L-eżaminaturi umani tal-iscanners tas-sigurtà għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ rikorrenti li jikkonsisti f’taħriġ u ttestjar dwar l-identifikazzjoni tal-immaġnijiet. Dan għandu jieħu l-forma ta’ taħriġ fi klassi u/jew ibbażat fuq il-kompjuter għal mill-inqas sitt (6) sigħat f’kull perjodu ta’ sitt (6) xhur, Ir-riżultati tal-ittestjar għandhom jingħataw lill-persuna u għandhom jiġu rreġistrati u jistgħu jitqiesu bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni jew tal-approvazzjoni mill-ġdid.;

(6) Fil-Kapitolu 12, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

(6)

12.11 SCANNERS TAS-SIGURTÀ

12.11

12.11.1 Prinċipji Ġenerali Scanner tas-sigurtà huwa sistema għall-iskrinjar ta’ persuni li huwa kapaċi jindividwa oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem li jintlibsu fuq il-ġisem jew fil-ħwejjeġ. Scanner tas-sigurtà b’eżaminatur uman, jista’ jikkonsisti f’sistema ta’ individwazzjoni li toħloq immaġni tal-ġisem tal-persuna sabiex jiġi analizzat mill-eżaminatur uman u li tistabbilixxi li l-persuna skrinjata mhix qed iġġorr oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem. Meta l-eżaminatur uman jidentifika dan l-oġġett, il-post fejn ikun instab għandu jkun ikkomunikat lill-ispettur tas-sigurtà għal tfittxija ulterjuri. F’dan il-każ, l-eżaminatur uman għandu jkun meqjus bħala parti integrali tas-sistema ta’ individwazzjoni. Scanner tas-sigurtà b’individwazzjoni awtomatika ta’ theddid huwa sistema li tikkonsisti f’sistema ta’ individwazzjoni li awtomatikament tidentifika oġġetti tal-metall u mhux tal-metall, distinti mill-ġilda tal-bniedem li tkun qed iġġorr il-persuna li tkun qed tiġi skrinjata. Meta s-sistema tidentifika dan l-oġġett, il-post fejn ikun instab għandu jkun indikat fuq xbiha rappreżentattiva standard tal-figura tal-bniedem lill-ispettur tas-sigurtà. Għall-iskrinjar tal-passiġġieri, scanner tas-sigurtà għandu jissodisfa l-istandards li ġejjin: L-iscanners tas-sigurtà għandhom isiru disponibbli u użati għall-iskrinjar tal-passiġġieri f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) u mad-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE).

12.11.1

(a) scanners tas-sigurta għandhom jindividwaw u jindikaw permezz ta’ allarm għall-inqas oġġetti tal-metall u mhux tal-metall speċifiċi inklużi splussivi kemm individwalment kif ukoll iggruppjati;

(b) l-individwazzjoni għandha tkun indipendenti mill-pożizzjoni u l-orjentazzjoni tal-oġġett;

(ċ) is-sistema għandu jkollha indikatur viżwali li jindika li t-tagħmir qiegħed jaħdem;

(d) l-iscanners tas-sigurtà għandhom ikunu mqiegħda f’pożizzjoni li tiżgura li l-prestazzjoni tagħhom ma tkunx affettwata minn sorsi ta’ interferenza;

(e) l-iffunzjonar korrett tal-iscanners tas-sigurtà għandu jkun ittestjat kuljum;

(f) l-iscanner tas-sigurtà għandu jkun użat skont il-kunċett tal-operazzjonijiet ipprovduti mill-manifattur.

12.11.212.11.2.1.12.11.2.2.

Standards għall-iscanners tas-sigurtà Ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni għall-iscanners tas-sigurtà huma stipulati fid-Dokument Mehmuż 12-K, dokument li għandu jkun ikklassifikat bħala CONFIDENTIEL UE u jkun ittrattat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2001/844/KE, KEFA, Euratom. L-iscanners tas-sigurtà għandhom jissodisfaw l-istandard definit fid-Dokument Mehmuż 12-K mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-iscanners tas-sigurtà kollha għandhom jilħqu l-istandard 1. L-istandard 1 għandu jiskadi fl-1 ta’ Jannar 2022. L-Istandard 2 għandu japplika għall-iscanners tas-sigurtà installati mill-1 ta’ Jannar 2019.

(7) Fil-Kapitolu 12, jiżdied il-dokument Mehmuż 12-K:

(7) DOKUMENT MEHMUŻ 12-K

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-iscanners tas-sigurtà jinsabu f’Deċiżjoni separata tal-Kummissjoni..

Versions

  1. 2011-11-11