Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1200/2011 tat-18 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1200@2011-11-18/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u oħrajn relatati mal-kummerċ ta' oġġetti.
(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.
(4) Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
(5) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2 Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur taħt l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2011. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Algirdas Šemeta Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Apparat mekkaniku li jitħaddem bl-idejn li jbattal il-likwidu f'kontenitur għal analiżijiet titrimetriċi (hekk imsejjaħ titratur diġitali). L-apparat jikkonsisti f'alimentatur mekkaniku aġġustabbli bi spazju għal kontenitur, pum li jirrilaxxa l-likwidu, kontatur mekkaniku, pum li jissettja l-kontatur mill-ġdid u manku. It-titratur huwa apparat preċiż li jbattal li, permezz ta' kull tidwira tal-pum tar-rilaxx, jirrilaxxa qatra mit-titrant li jkun qed jintuża għal ġol-likwidu tal-analiżi (l-analita). Il-qatra jkun fiha volum speċifiku ta' titrant. In-numru ta' qtar li joħorġu mit-titratur jidher fuq il-kontatur. Ir-riżultat analitiku jiġi ddeterminat mir-reazzjoni tal-analita għall-kwantità ta' titrant li joħroġ. Il-kwantità ta' titrant hija ddeterminata billi jiġi mmultiplikat in-numru tal-qtar b'volum speċifiku tat-titrant użat. 84798997 Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8479, 847989 u 84798997. Minħabba li l-apparat ma jgħaddix volumi ta' likwidu b'mod kontinwu, il-klassifikazzjoni bħala pompa taħt l-intestatura 8413 hija eskluża. L-apparat ma jagħmilx analiżi kimika tat-tritant jew tal-analita. Għaldaqstant il-klassifikazzjkoni bħala apparat għal analiżi kimika taħt l-intestatura 9027 hija eskluża. Minkejja li l-apparat jikkontribwixxi għall-proċess ta' analiżi kimika, ma jistax jiġi kkunsidrat parti jew aċċessorju ta' tali apparat fuq il-bażi ta' Nota 2(a) ta' Kapitolu 90. L-apparat ma jintużax biex jitkejjel f'unitajiet volumetriċi l-ammont ta' likwidu li jgħaddi minn pajp. Għaldaqstant il-klassifikazzjkoni bħala apparat taħt l-intestatura 9028 hija eskluża. l-apparat jgħodd in-numru ta' qtar iżda ma jkejjilx il-kwantitamferra'. Għaldaqstant il-klassifikazzjkoni bħala apparat taħt l-intestatura 9031 hija eskluża. Minħabba li l-apparat mhux biss jgħodd ammont totali ta' unitajiet (qtar) iżda primarjament iferra' volum speċifiku ta' likwidu, huwa jiffunzjona bħala buretta b'kontatur mekkaniku. Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 84798997 bħal apparat mekkaniku ieħor b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikat jew inkluż imkien ieħor fil-Kapitolu 84.