Gelex

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 120/2011 tal-11 ta’ Frar 2011 li jiffissa l-prezzijiet ta’ referenza għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2011

In forceVersion 2011-02-11from 2011-02-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/120@2011-02-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS 1. 2.1.————2.—————3.—————4.—————5.——6.——

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u b'mod partikolari l-Artikolu 29(1) u (5) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi li l-prezzijiet ta’ referenza validi għall-Unjoni jistgħu jiġu ffissati kull sena, skont il-kategorija tal-prodotti, għal prodotti li huma s-suġġett ta’ sospensjoni tariffarja skont l-Artikolu 28(1). L-istess igħodd għal prodotti li, billi jkunu jew suġġetti għal tnaqqis tariffarju li jorbot skont id-WTO jew suġġetti għal xi arranġamenti preferenzjali oħra, għandhom jikkonformaw ma’ prezz ta’ referenza.

(2) Skont l-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I għal dak ir-Regolament għandu jkun l-istess bħall-prezz tal-irtirar, stabbilit skont l-Artikolu 20(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3) Il-prezzijiet tal-irtirar tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati huma ffissati għas-sena tas-sajd 2011 bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 122/2011

(4) Skont l-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-prezz ta’ referenza għall-prodotti, minbarra għal dawk elenkati fl-Annessi I u II għal dak ir-Regolament, għandu jiġi stabbilit b’mod partikolari fuq il-bażi tal-medja ppeżata tal-valuri tad-dwana rreġistrati fis-swieq tal-importazzjoni jew fil-portijiet tal-importazzjoni fit-tliet snin li jkunu eżatt qabel id-data li fiha jiġi ffissat il-prezz ta’ referenza.

(5) M’hemmx bżonn jiġu ffissati l-prezzijiet ta’ referenza għal dawk il-prodotti koperti mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jiġu importati minn pajjiżi terzi fi kwantitajiet insinifikanti.

(6) Sabiex tkun possibbli applikazzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet ta’ referenza fis-sena 2011, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

(7) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Il-prezzijiet ta’ referenza għas-sena tas-sajd 2011 għall-prodotti tas-sajd, kif imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS 1. 2.1.————2.—————3.—————4.—————5.——6.——

Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 29(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 Speċi Id-daqs Il-prezz ta' referenza (f’EUR għal kull tunnellata metrika) Imsewwi bir-ras Ħut sħiħ Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric Żejjed, A Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric Żejjed, A Aringa tal-ispeċi Clupea harengus ex03024000 1 — F011 129 2 — F012 197 3 — F013 186 4a — F016 118 4b — F017 118 4c — F018 247 5 — F015 219 6 — F019 110 7a — F025 110 7b — F026 99 8 — F027 82 Redfish (Sebastes spp.) ex03026931 u ex03026933 1 — F067 982 2 — F068 982 3 — F069 824 Merluzz tal-ispeċi Gadus morhua ex03025010 1 F073 1144 F083 826 2 F074 1144 F084 826 3 F075 1081 F085 636 4 F076 858 F086 477 5 F077 604 F087 350 Ħut mgħolli fl-ilma Ħut frisk jew imkessaħ Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric Żejjed, A Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric Żejjed, A Gambli tal-ilma fond (Pandalus borealis) ex03062310 1 F317 5134 F321 1098 2 F318 1800 — — Il-prezzijiet ta' referenza għall-prodotti tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 29(3)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 Prodott Il-kodiċi addizzjonali tat-Taric Preżentazzjoni Il-prezz ta' referenza (f’EUR għal kull tunnellata metrika) Redfish (Sebastes spp.) Sħiħ: ex03037935 ex03037937 F411 bir-ras jew mingħajrha 969 ex03042935 ex03042939 Fi fletti: F412 bix-xewk (standard) 1952 F413 bla xewk 2094 F414 fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg 2239 Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac u Gadus macrocephalus) u ħut tal-ispeċi Boregadus saida ex03035210, ex03035230, ex03035290, ex03037941 F416 Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha 1095 ex03042929 Fi fletti: F417 fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (standard) 2451 F418 fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk 2663 F419 fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda 2499 F420 fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda 2972 F421 fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg 2990 ex03049933 F422 F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati 1448 Pollakkju (saithe) (Pollachius virens) ex03042931 Fi fletti: F424 fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (standard) 1564 F425 fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk 1688 F426 fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda 1476 F427 fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda 1663 F428 fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg 1840 ex03049941 F429 F’biċċiet u laħam ieħor, minbarra blokok ikkapuljati 966 Haddock (Melanogrammus aeglefinus) ex03042933 Fi fletti: F431 fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (standard) 2241 F432 fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk 2580 F433 fletti individwali jew fuljati għal kollox, bil-ġilda 2537 F434 fletti individwali jew fuljati għal kollox, bla ġilda 2737 F435 fi blokok f’imballaġġ immedjat li ma jiżnux aktar minn 4 kg 2901 Pollakkju tal-Alaska (Theragra chalcogramma) Fi fletti: ex03042985 F441 fuljati jew fi blokok industrijali, bix-xewk (standard) 1170 F442 fuljati jew fi blokok industrijali, bla xewk 1311 Aringi (Clupea harengus, Clupea pallasii) Ġnub tal-aringi ex03041997 ex03049923 F450 ta’ aktar minn 80 g l-biċċa 510 F450 ta’ aktar minn 80 g l-biċċa 464

Versions

  1. 2011-02-11