Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1220/2011 tal-25 ta’ Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 867/2008 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta’ ħidma tagħhom u l-finanzjament ta’ dawn
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1220@2011-11-25/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [Ir-Regolament dwar l-OKS Unika]), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 103(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ, għandhom isiru ċerti emendi għar-Regolament (KE) Nru 867/2008 tal-Kummissjoni
(2) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni aħjar tal-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u sabiex ikunu mħarsal-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta l-gruppi [l-organizzazzjonijiet] ta’ produtturi jkunu l-benefiċjarji tal-miżuri għall-iżvilupp rurali fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandu jkun previst li l-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ tkun miċħuda, sospiża jew irtirata immedjatament fil-każ li dawn tal-aħħar ikunu ġew issanzjonati skont dawn ir-regolamenti.
(3) Fil-qasam tas-segwitu u tal-ġestjoni amministrattiva tas-suq, ikun utli li ssir enfasi fuq is-suġġetti marbuta ma’ miżuri ppjanati fil-programmi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet ta’ operaturi filwaqt li fil-każ tat-titjib fil-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel, għall-finijiet ta’ effiċjenza jeħtieġ li jkunu previsti tipi ġodda ta’ assistenza teknika.
(4) Sabiex titjieb il-koerenza mal-miżuri eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, huwa xieraq, f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra d-dubbiena taż-żebbuġ, li l-finanzjament ikun limitat biss għall-miżuri stipulati fil-punt b(iii) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 867/2008.
(5) Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba, huwa xieraq li jiżdied il-perċentwali minimu tal-finanzjament tal-Unjoni allokat għat-tnaqqis fl-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ bil-għan li dan jirrifletti l-evoluzzjoni importanti f’dan is-settur. Bl-istess mod, sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi allokati għall-programmi ta’ ħidma, hemm lok għal tnaqqis fil-perċentwali mil-lat tal-ispejjeż ġenerali għall-implimentazzjoni tagħhom.
(6) Il-proċeduri amministrattivi għandhom jiġu ssimplifikati meta emendi għal programm partikolari jkunu jinvolvu s-sostituzzjoni ta’ miżura ma’ miżura oħra u meta l-baġit ippjanat għal kull miżura jkun anqas minn EUR 10000 wkoll meta l-objettiv inizjali tal-programm ma jkunx inbidel.
(7) Sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programmi, għandhom jittaffew il-kondizzjonijiet għar-rilaxx tat-titoli marbuta mal-pagamenti bil-quddiem sakemm in-nefqa eliġibbli tkun tabilħaqq saret u ġiet vverifikata.
(8) Huwa xieraq li tkun stabbilita data tal-iskadenza ġdida għall-komunikazzjoni tal-Istati Membri dwar il-miżuri nazzjonali li ttieħdu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
(9) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 867/2008 għandu jiġi emendat.
(10) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 867/2008 huwa emendat kif ġej:
Artikolu 1
1. Fl-Artikolu 3(5) jiżdied il-punt (c) li ġej:
1.
(c) tkun ġiet ippenalizzata talli kisret l-iskema għall-finanzjament tal-attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet tal-operaturi stipulati fl-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jew talli kisret l-applikazzjoni ta’ miżuri għall-iżvilupp rurali stipulata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005.
2. L-Artikolu 5(1) huwa emendat kif ġej:
2.
(a) il-punt (a)(ii) jinbidel b’dan li ġej:
(a)
(ii) it-tfassil ta’ studji marbuta ma’ suġġetti f’konnessjoni ma’ miżuri oħra previsti fil-programm ta’ ħidma tal-organizzazzjoni ta’ operaturi konċernata;
(b) il-punt (c) huwa emendat kif ġej:
(b)
(i) il-punt (i) jinbidel b’dan li ġej:
(i)
(i) it-titjib tal-kundizzjonijiet għat-tkabbir, il-ħsad, il-kunsinna u l-ħażna ta’ żebbuġ qabel ma jiġu pproċessati, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti mill-awtorità nazzjonali kompetenti;
(ii) il-punt (iii) jinbidel b’dan li ġej:
(ii)
(iii) it-titjib fil-kundizzjonijiet ta’ ħżin u l-użu tar-residwi mill-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel u t-titjib fil-kundizzjonijiet tat-tqegħid fil-fliexken taż-żejt taż-żebbuġa;
(iii) il-punt (iv) jinbidel b’dan li ġej:
(iii)
(iv) l-għajnuna teknika għall-produzzjoni, għall-industrija tal-ipproċessar taż-żebbuġ, għall-azjendi tal-produzzjoni taż-żebbuġ għall-ikel, għall-imtieħen u għall-ippakkjar fuq l-aspetti marbuta mal-kwalità tal-prodotti;
(iv) il-punt vi) jinbidel b’dan li ġej:
(iv)
(vi) it-taħriġ tad-dewwieqa għall-kontrolli organolettiċi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ għall-ikel.
3. Fl-Artikolu 6, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej: F’kull Stat Membru perċentwali minimu ta’ 30 % tal-ammont tal-finanzjament mill-Unjoni disponibbli skont l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun allokat għall-qasam imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament, u perċentwali minimu ta’ 12 % ta’ dak il-finanzjament mill-Unjoni għandu jkun allokat għall-qasam imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1).
4. Fl-Artikolu 7(1), jiżdied il-punt (g) li ġej:
4.
(g) il-miżuri u l-attivitajiet marbuta mal-ġlieda kontra d-dubbiena taż-żebbuġ għajr għall-miżuri stipulati fl-Artikolu 5(1), il-punt b) iii).
5. L-Artikolu 8(2)(d) it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:
5.
(d) in-nefqa ppjanata, imqassma skont il-miżura u skont il-qasam ta’ miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), bid-dettalji għal kull perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma, filwaqt li ssir distinzjoni bejn l-ispejjeż ġenerali li ma jistgħux jaqbżu l-5 % tat-total, u t-tipi oħra ta’ nfiq.
6. Mal-Artikolu 10 jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:
6.
6. B’deroga mill-paragrafi 2 u 4, meta emenda għal programm ta’ ħidma tinvolvi s-sostituzzjoni ta’ miżura b’miżura oħra, li tappartjeni għall-istess qasam, u l-baġit previst għal kull waħda minn dawn il-miżuri jkun anqas minn EUR 10000, l-organizzazzjoni ta’ operaturi għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti xahrejn qabel il-bidu tal-implimentazzjoni tal-miżura l-ġdida. Fil-każ li l-awtorità kompetenti ma tirreġistra l-ebda oġġezzjoni fi żmien xahar mid-data tan-notifika, l-emenda titqies li ġiet aċċettata. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ appoġġ li jiġġustifikaw l-għan, in-natura u l-implikazzjonijiet tal-emenda proposta u li juru li l-emenda inkwistjoni ma tbiddel xejn mill-għan inizjali tal-programm ta’ ħidma inkwistjoni.
7. L-Artikolu 11(5) jinbidel b’dan li ġej:
7.
5. Sa data li għandha tkun determinata minn Stat Membru u mhux aktar tard mit-tmiem ta’ kull sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, l-organizzazzjonijiet ta’ operaturi konċernati jistgħu jirreġistraw applikazzjoni għar-rilaxx tal-garanzija msemmija fil-paragrafu 4 sa ammont li jkun ekwivalenti għan-nefqa totali li tkun tabilħaqq saret u ġiet ivverifikata mill-Istat Membru tal-ewwel pagament. L-Istat Membru jiddetermina u jikkontrolla d-dokumenti ġustifikattivi li jakkumpanjaw din l-applikazzjoni u jirrilaxxa l-garanziji li jikkorrispondu għan-nefqa konċernata sa mhux aktar tard mit-tieni xahar ta’ wara dak li fih ġiet irreġistrata l-applikazzjoni.
8. Fl-Artikolu 18(1), is-sentenza tal-bidu tinbidel b’dan li ġej:
8.
1. Sa mhux aktar tard mid-data tal-31 ta’ Jannar li ssegwi kull perjodu ta’ tliet snin li jibda fl-1 ta’ April skont l-Artikolu 8, l-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġa għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri nazzjonali li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dawk relatati ma’:.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso