Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1248/2011 tad-29 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1248@2011-11-29/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.
(3) Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.
(4) Huwa xieraq li jiġi stipulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
(5) Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.
Artikolu 2 Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fit-totalitá tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Algirdas Šemeta Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) Raġunijiet (1) (2) (3) Magna użata ma’ lifts, b’dimensjonijiet ta’ madwar 83 × 70 × 30 ċm u piż ta’ 418 kg, (hekk imsejħa magna tat-trazzjoni mingħajr ingranaġġ) li tikkonsisti fi: Il-magna hija installata f’xaft tal-lifts għat-tlugħ u nżul tal-kabina. 84253100 Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 2(a) għas-Sezzjoni XVI u mil-lingwaġġ tal-kodiċi tan-NM 8425 u 84253100. Il-magna tikkonsisti f’mutur elettroniku u taljola fuq ix-xaft tal-mutur. Minħabba l-karatteristiċi tagħha, għandha tiġi kkunsidrata bħala winċ tal-intestatura 8425. Il-preżenza ta’ sistema ta’ ibbrejkjar jew l-assenza ta’ kejbil jew ċintura ma teskludix il-klassifikazzjoni bħala winċ (ara wkoll l-opinjoni tal-klassifikazzjoni HS 8425.31/1). Il-preżenza tas-sistema ta’ sorveljanza għas-sigurtà ma tibdilx il-karatteristiċi ta’ winċ. Għalhekk, il-klassifikazzjoni bħala parti minn lift taħt l-intestatura 8431 hija eskluża. Għalhekk il-magna għandha tiġi klassifikata taħt il-kodiċi NM 84253100 bħala winċ operat b’mutur elettroniku.
mutur elettroniku sinkronizzat b’ kalamita permanenti b’saħħa ta’ 3,4 kW,
taljola fuq ix-xaft tal-mutur,
sistema ta’ ibbrejkjar, u
ġeneratur ta’ sinjal li jiddetermina l-pożizzjoni korretta tal-kejbils (sistema ta’ sorveljanza għas-sigurtà).