Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1327/2011 tas-16 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2011 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għal-laħam tat-tjur
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1327@2011-12-16/mt
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (dwar l-OKS Unika)),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 533/2007 tal-14 ta' Mejju 2007 li jiftaħ u jamministra kwoti tariffarji fis-settur tal-laħam tat-tjur, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.
(2) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Diċembru tal-2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2012 għal ċerti kwoti jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti skont ir-Regolament (KE) Nru 533/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2012 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Diċembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2011. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNEX
ANNESS
Nru tal-grupp Numru tas-serje Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2012-31.3.2012 (f’%) P1 09.4067 2,34745 P3 09.4069 0,396986