Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1351/2011 tal-20 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 rigward is-sospensjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli fix-Xatt tal-Punent u fil-Medda ta’ Gaża

In forceVersion 2011-12-20from 2011-12-24
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1351@2011-12-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. Artikolu 1a Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza għall prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma’ ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1) Ġie konkluż Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra, li jipprovdi aktar liberalizzazzjoni għal prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd u li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju Interim ta’ Assoċjazzjoni dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa l-waħda, u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, min-naħa l-oħra (il-Ftehim) Il-Ftehim ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/824/UE.

(2) Il-Ftehim jipprovdi għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data li fiha daħal fis-seħħ, għal konċessjonijiet ta’ tariffa mkabbra applikabbli fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ kwantitajiet bla limitu ta’ prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża. Barra minn hekk, il-possibbiltà ta’ estensjoni oħra tal-konċessjonijiet ta’ tariffa mkabbra hi wkoll prevista fil-Ftehim, li tiddependi mill-iżvilupp ekonomiku fil-futur tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża.

(3) Peress li l-Ftehim jipprovdi għal aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati u ħut u prodotti tas-sajd, hu neċessarju li tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza stipulati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 747/2001 għal prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, waqt il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.

(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4088/87 tal-21 ta’ Diċembru 1987 li jiffissal-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dazji doganali preferenzjali fuq l-importazzjoni ta’ ċertu fjuri li ġejjin minn Ċipru, l-Israel, il-Ġordan, il-Marokk u x-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007.

(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 700/88 tas-17 ta’ Marzu 1988 li jistipula r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti prodotti tal-florikultura li ġejjin minn Ċipru, l-Israel, il-Ġordan, il-Marokk u x-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, ġie mħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2006.

(6) B’riżultat ta’ dan it-tħassir, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 747/2001 li jipprovdi għan-non-eliġibbiltà għall-konċessjonijiet tariffarji għal fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri fejn il-kondizzjonijiet tal-prezzijiet stipulati fir-Regolament (KEE) Nru 4088/87 mhumiex osservati, sar żejjed u għalhekk għandu jitħassar.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan.

(8) Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(9) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 747/2001 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej:

(1)

Artikolu 1a Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza għall prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża

L-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji u l-kwantitajiet ta’ referenza stipulati fl-Anness VIII għall-prodotti li joriġinaw mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża għandha tiġi sospiża b’mod temporanju għal perjodu ta’ għaxar snin mill-1 ta’ Jannar 2012. Madankollu, jiddependi mill-iżvilupp ekonomiku fil-futur tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, tista’ tkun ikkunsidrata l-possibbiltà ta’ estensjoni għal perjodu addizzjonali mill-inqas sena qabel ma jintemm il-perjodu ta’ għaxar snin kif previst fil-Ftehim fil-forma ta’ Skambju tal-Ittri li ġie approvat f’isem l-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/824/UE.

(2) L-Artikolu 2 qed jitħassar.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

Versions

  1. 2011-12-20