Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1386/2011 tad-19 ta’ Diċembru 2011 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/1386@2011-12-19/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 4
- Artikolu 6 Eżerċizzju tad-delega
- Artikolu 8
- ANNEX
- ANNESS I Oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM
- ANNESS II Materja prima, partijiet u komponenti użati għall-agrikoltura, it-trasformazzjoni industrijali jew il-manutenzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma’ proċedura leġislattiva speċjali,
Billi:
(1) Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2002 tal-25 ta’ Marzu 2002 li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti industrijali u jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħut lejn il-Gżejjer Kanarji, s-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għal ċerti oġġetti b'użu kummerċjali jew industrijali għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.
(2) F'Settembru 2010, il-gvern ta’ Spanja talab f'isem il-gvern tal-Gżejjer Kanarji, l-estensjoni tas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni għal għadd ta’ prodotti f'konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat. Il-ġustifikazzjoni għat-talba tagħhom kienet li minħabba l-bogħod ta’ dawk il-gżejjer, l-operaturi ekonomiċi jbatu minn żvantaġġi ekonomiċi u kummerċjali kbar ħafna li għandhom effetti negattivi fuq it-tendenzi demografiċi, l-impjiegi u l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi.
(3) Is-settur industrijali tal-Gżejjer Kanarji, flimkien mal-bini, ġie affettat b'mod qawwi mill-kriżi ekonomika reċenti. It-tnaqqis fil-bini affettwa b'mod negattiv l-industrija awżiljarja li tiddependi fuqu. Kundizzjonijiet finanzjarji mhux favorevoli kellhom impatt serju fuq ħafna oqsma tan-negozju. Barra minn hekk, iż-żieda qawwija fil-qgħad fi Spanja ggravat in-nuqqas fid-domanda domestika, inkuża d-domanda għall-prodotti industrijali.
(4) Il-qgħad fil-Gżejjer Kanarji kien qed jaqbeż b'mod konsistenti l-medja nazzjonali għal Spanja fl-aħħar għaxar snin u, mill-2009, il-Gżejjer Kanarji rreġistraw l-ogħla livell fil-pajjiż kollu (Eurostat: Statistika reġjonali — Rata tal-qgħad, skont ir-reġjuni NUTS 2, 1999-2009). Barra minn hekk, aktar minn nofs il-produzzjoni industrijali fil-Gżejjer Kanarji tiġi kkonsmata hemm stess, li huwa element partikolarment serju peress li d-domanda fihom intlaqtet aktar ħażin.
(5) Għalhekk, bl-għan li tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu livell ta’ attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabbilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fil-Gżejjer Kanarji, huwa opportun li tiġi estiża bis-sħiħ is-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti kif deskritt fl-Anness II u l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 704/2002 għal perjodu ta’ 10 snin.
(6) Addizzjonalment, fl-istess kuntest l-awtoritajiet Spanjoli talbu għas-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal tliet prodotti ġodda li jaqgħu taħt il-kodiċi CN 390210, 390311, u 390610. Din it-talba ġiet aċċettata peress li dawn is-sospensjonijiet isaħħu l-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji.
(7) Sabiex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju tal-Gżejjer Kanarji biss jibbenefikaw minn dawk il-miżuri tat-tariffi, is-sospensjonjiet għandhom isiru kundizzjonali fuq l-użu aħħari tal-prodotti, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju.
(8) F'każ ta’ devjazzjoni tal-kummerċ u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni li jippermettulha li tirtira s-sospensjoni b'mod temporanju. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.
(9) L-emendi għan-Nomenklatura Magħquda ma jistgħu joħolqu ebda tibdiliet sostantivi fin-natura tas-sospensjoni tad-dmirijiet. Is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat għandha għaldaqstant tkun iddelegata lill-Kummissjoni sabiex isiru l-emendi meħtieġa u l-adattamenti tekniċi għal-lista ta’ oġġetti li għalihom tapplika sospensjoni. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Kunsill.
(10) Sabiex tkun żgurata kontinwità mal-miżuri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 704/2002, huwa meħtieġ li jiġu applikati l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2012,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness I għandhom ikunu sospiżi kompletament. Dawn l-oġġetti għandhom jintużaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għal perjodu ta’ mill-inqas 24 xahar wara r-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji.
Artikolu 2 Mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Gżejjer Kanarji ta’ materja prima, partijiet u komponenti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness II u użati għat-trasformazzjoni industrijali jew għall-manutenzjoni fil-Gżejjer Kanarji, għandhom jiġu sospiżi bis-sħiħ.
Artikolu 3 Is-sospensjoni tad-dazji msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tkun suġġetta għall-użu aħħari f'konformità mal-Artikoli 21 u 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u għall-kontrolli previsti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.
Artikolu 4
1. Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li s-sospensjonjiet stabbiliti f'dan ir-Regolament wasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ ta’ prodott speċifiku, hija tista' tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jiritraw is-sospensjoni b'mod temporanju għal perjodu mhux itwal minn 12-il xahar. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 8. Id-dazji tal-importazzjoni fuq prodotti li għalihom is-sospensjoni ġiet irtirata b'mod temporanju għandhom jiġu żgurati minn garanzija, u r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati f'ċirkolazzjoni libera fil-Gżejjer Kanarji għandu jkun fuq il-kundizzjoni tal-provvediment ta’ tali garanzija.
2. Meta l-Kunsill jiddeċiedi, f'konformità mal-proċedura stabbilita fit-Trattat, f'perijodu ta’ 12-il xahar, li s-sospensjoni għandha tiġi rtirata b'mod definittiv, l-ammonti tad-dazji żgurati minn garanziji għandhom jinġabru b'mod definittiv.
3. Jekk ma tiġi adottata l-ebda deċiżjoni definittiva fil-perjodu ta’ 12-il xahar f'konformità mal-paragrafu 2, is-sigurtajiet għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 5 Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 6 rigward emendi u adattamenti tekniċi għall-Annessi I u II kif meħtieġ b'konsegwenza tal-emendi għan-Nomenklatura Magħquda.
Artikolu 6 Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 5 tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mill-1 ta’ Jannar 2012.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan.
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Kunsill f'perijodu ta’ xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjona.
Artikolu 7 Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew dwar ir-revoka tad-delega tas-setgħat mill-Kunsill.
Artikolu 8
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, stabbilit bl-Artikolu 247a (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011. Għall-Kunsill Il-President M. Korolec
ANNEX
ANNESS I Oġġetti kapitali għal użu kummerċjali jew industrijali li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM
401120 845020 85229080 90065380 401130 845090 852321 900659 401161 84690091 900710 401162 8472 85232939 900720 401163 85232990 900850 401169 85234999 401192 85235199 401193 8473 85235999 401194 85238099 401199 8501 852550 901010 5608 85258011 901050 640340 85258019 9011 64035105 8526 64035905 64039105 64039905 9012 8415 903010 8701 903031 903033 8702 9106 87042131 9107 84183080 87042139 9207 84184080 87042191 841850 87042199 95069190 841861 870422 950710 841869 870423 95072090 841891 87043131 950730 841899 87043139 8427 87043191 843120 87043199 844331 870432 844332 85184030 870490 84433910 84433939 851890 8705 851920 900610 84501190 85198151 845012 85211095 900630 845019 85229049 900652
ANNESS II Materja prima, partijiet u komponenti użati għall-agrikoltura, it-trasformazzjoni industrijali jew il-manutenzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM
3901 5501 390210 5502 390311 5503 8706 390410 5504 8707 390610 5505 8708 440721 8714 5506 440722 5507 5108 55081010 440725 5110 55082010 5111 5509 5510 440726 5512 5513 5514 900290 440729 5515 900691 5516 900791 6001 900792 6002 900890 5112 901090 621790 9104 440799 6305 9108 4410 9109 4412 5205 5208 9110 5209 5210 5212 6309 54011012 6406 54011014 7601 9111 54012010 9112 5402 85291080 9114 5403 85291095 540411 852990 540490 5407 5408