Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 1630) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/163/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/163@2011-03-16/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE, u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,
Billi:
(1) Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, huma soġġetti għas-sottomissjoni ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jesiġu li jsir dan.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjani tal-monitoraġġ tal-fdalijiet [residwi] sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (il-pjanijiet) sottomessi minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali indikati f’dik il-lista.
(3) Fid-dawl tal-pjanijiet li ġew sottomessi reċentement minn ċerti pajjiżi terzi u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li huma attwalment elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni 2004/432/KE (il-lista).
(4) L-Emirati Għarab Magħquda ssottomettew pjan għall-ħalib tal-iġmla lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-ħalib tal-iġmla għandu jiġi inkluż fl-annotazzjoni għall-Emirati Għarab Magħquda fil-lista.
(5) Il-Brunej issottometta pjan għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk, il-Brunej għandu jiġi inkluż fil-lista fir-rigward l-akkwakultura.
(6) Il-Kummissjoni talbet li Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar minn dik il-lista. Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet infurmata b’dan.
(7) L-annotazzjoni għall-Malasja fil-lista tinkludi t-tjur iżda l-pjan imressaq mill-Malasja u t-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni ma jipprovdux biżżejjed garanziji fir-rigward tat-tjur. Madankollu, l-uniku stabbiliment li jipproċessa materja prima bħal din, approvat attwalment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman jimporta l-materja prima kollha tiegħu minn Stat Membru. Sabiex jiġi permess li titkompla din l-attività, l-annotazzjoni għall-Malasja għandha tinkludi t-tjur iżda għandha tkun ristretta għal materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħra inklużi fil-lista għal materja bħal din jew mill-Istati Membri. Il-Malasja ġiet infurmata b’dan. Għandha tiġi inkluża nota f’qiegħ il-paġna, li tistabbilixxi din il-limitazzjoni, fil-lista għal dak il-pajjiż terz.
(8) Il-Kummissjoni talbet lir-Russja tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali tal-familja equidae għall-qatla. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mir-Russja ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali tal-familja equidae għall-qatla għandha għalhekk titħassar mil-lista. Ir-Russja ġiet infurmata b’dan.
(9) Il-Kummissjoni talbet lill-Ukraina tipprovdi tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħha għall-annimali ekwini u prodotti li joriġinaw minnhom. Fl-assenza ta’ tweġiba mill-Ukraina ma hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Ukraina ġiet infurmata b’dan.
(10) L-Istati Uniti ntalbu jipprovdu tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tagħhom għall-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom. Madankollu, l-Istati Uniti ma pprovdewx il-garanziji rispettivi billi f’dak il-pajjiż terz ma għadux isir qtil tal-annimali tal-familja equidae għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. L-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz li tikkonċerna l-annimali ekwini u l-prodotti li joriġinaw minnhom għandha għalhekk titħassar mil-lista. L-Istati Uniti ġew infurmati b’dan.
(11) L-ispezzjoni tal-Kummissjoni tal-Urugwaj żvelat nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-fniek u t-tjur tal-kaċċa li jitrabbew fl-irziezet. Fir-rigward tal-fniek, ma kienx hemm pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi implimentat u għat-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet, ma setgħux jittieħdu kampjuni jew isiru testijiet minħabba waqfa fil-produzzjoni. L-annotazzjonijiet għall-Urugwaj li jikkonċernaw il-fniek u t-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet għandhom għalhekk jitħassru mil-lista. L-Urugwaj ġie infurmat b’dan.
(12) Ċerti pajjiżi terzi jesportaw prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu minn materja prima li toriġina mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħra li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/23/KE għal materja bħal din u li għalhekk huma inklużi fil-lista. Sabiex jiġi żgurat li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jiġu impurtati fl-Unjoni jkunu koperti minn pjan approvat, il-pajjiżi terzi li jimpurtaw materja prima bħal din biex iktar tard jesportawha għandhom jinkludu dikjarazzjoni fil-pjan tagħhom li tindika dan.
(13) Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni biex ikopri l-konsenji rilevanti minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja, l-Ukraina u l-Urugwaj, li ntbagħtu lejn l-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
(14) Id-Deċiżjoni 2004/432/KE ġiet emendata bosta drabi. Għal iktar ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, din għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni.
(15) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE mressqa lill-Kummissjoni minn pajjiżi terzi elenkati fit-tabelli stabbiliti fl-Anness huma approvati għall-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem u mmarkati b’X f’dik it-tabella.
Artikolu 2
1. Il-pajjiżi terzi li jużaw materja prima impurtata minn pajjiżi terzi oħrajn, approvata għall-produzzjoni ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali skont din id-Deċiżjoni jew mill-Istati Membri biex tiġi esportata lejn l-Unjoni Ewropea u li ma jkunux jistgħu jipprovdu pjan ta’ monitoraġġ tar-residwi ekwivalenti għal dak mitlub fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 96/23/KE għal materja prima bħal din, għandhom jikkumplimentaw il-pjan b’din id-dikjarazzjoni li ġejja: L-awtorità kompetenti ta’ [il-pajjiż terz] tiżgura li l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem esportati lejn l-Unjoni Ewropea, partikolarment prodotti mmanifatturati minn materja prima impurtata f’[il-pajjiż terz], għandhom jiġu biss minn stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 u li għandhom proċeduri affidabbli implimentati biex jiggarantixxu li l-materja prima ta’ oriġini mill-annimali użata f’ikel bħal dan toriġina biss mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi elenkati għall-materja prima rispettiva fl-Anness mad-Deċiżjoni 163/2011/UE mingħajr nota f’qiegħ il-paġna restrinġenti kif inhu stipulat fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni.
2. L-annotazzjoni fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni ta’ pajjiż terz li jesporta l-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem prodotti biss b’materja prima ta’ oriġini mill-annimali miksuba mill-Istati Membri tal-Unjoni jew minn pajjiżi terzi li jkunu pprovdew pjan skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE, għandha tiġi kkumplimentata min-nota ta’qiegħ il-paġna restrinġenti li ġejja: Il-pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima li ġejja minn pajjiżi terzi oħra approvati għall-importazzjonijiet ta’ materja prima bħal din lejn l-Unjoni jew mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 2.
Artikolu 3
1. Għal perjodu tranżizzjonali sat-30 ta’ April 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji mill-Urugwaj ta’ fniek u tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet u konsenji ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali ekwini mill-Ukraina, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li konsenji bħal dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta mill-Urugwaj jew l-Ukraina għall-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.
2. Għal perjodu tranżizzjonali sal-25 ta’ Marzu 2011, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja jew mill-Ukraina ta’ annimali mill-familja equidae għall-qatla, sakemm l-importatur ikun jista’ juri li dawn ikunu ġew iċċertifikati u mibgħuta minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, mir-Russja u mill-Ukraina lejn l-Unjoni qabel il-15 ta’ Marzu 2011 skont id-Deċiżjoni 2004/432/KE.
Artikolu 4 Id-Deċiżjoni 2004/432/KE hija rrevokata.
Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Għndha tibda tapplika mill-15 ta’ Marzu 2011.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2011. Għall-Kummissjoni John Dalli Membru tal-Kummissjoni
ANNEX
ANNESS
Kodiċi ISO2 Pajjiż Tal-ifrat Tan-nagħaġ/tal-mogħoż Tal-qżieqeż Ekwini Tjur Akkwakultura Ħalib Bajd Fniek Tjur tal-kaċċa Tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet Għasel AD L-Andorra X X X AE L-Emirati Għarab Magħquda X X AL L-Albanija X X X AR L-Arġentina X X X X X X X X X X X AU L-Awstralja X X X X X X X X BA Il-Bosnja-Ħerzegovina X BD Il-Bangladexx X BN Il-Brunej X BR Il-Brażil X X X X X BW Il-Botswana X X X BY Il-Belarus X X X X BZ Il-Beliże X X CA Il-Kanada X X X X X X X X X X X X CH L-Isvizzera X X X X X X X X X X X X CL Iċ-Ċilì X X X X X X X X CM Il-Kamerun X CN Iċ-Ċina X X X X X CO Il-Kolombja X CR Il-Kosta Rika X CU Kuba X X CW Curaçao X EC L-Ekwador X ET L-Etjopja X FK Il-Gżejjer Falkland X X FO Il-Gżejjer Faeroe X GL Il-Groenlandja X X X GT Il-Gwatemala X X HK Ħong Kong X X HN Il-Ħonduras X HR Il-Kroazja X X X X X X X X X X X X ID L-Indoneżja X IL L-Iżrael X X X X X X IN L-Indja X X IS L-Islanda X X X X X X X IR L-Iran X JM Il-Ġamajka X X JP Il-Ġappun X KG Il-Kirgiżistan X KR Il-Korea t’Isfel X LK Is-Sri Lanka X MA Il-Marokk X MD Il-Moldova X ME Il-Montenegro X X X X X X X MG Il-Madagaskar X MK Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja X X X X X X X X X MU Il-Mawrizju X X MX Il-Messiku X X X X MY Il-Malasja X X MZ Il-Możambik X NA In-Namibja X X X X NC Il-Kaledonja Ġdida X X X X X NI In-Nikaragwa X X NZ In-New Zealand X X X X X X X X PA Il-Panama X PE Il-Perù X X PF Il-Polineżja Franċiża X PH Il-Filippini X PN Il-Gżejjer Pitcairn X PY Il-Paragwaj X RS Is-Serbja X X X X X X X X X X RU Ir-Russja X X X X X X X X SA L-Arabja Sawdija X SG Singapor X X X X X X SM San Marino X X X SR Is-Surinam X SV El Salvador X SX Sint Maarten X SZ Is-Sważiland X TH It-Tajlandja X X X TN It-Tuneżija X X X TR It-Turkija X X X X TW It-Tajwan X X TZ It-Tanzanija X X UA L-Ukraina X X X X X UG L-Uganda X X US L-Istati Uniti X X X X X X X X X X X UY L-Urugwaj X X X X X X X VE Il-Venezwela X VN Il-Vjetnam X YT Il-Majott X ZA L-Afrika t’Isfel X X ZM Iż-Żambja X ZW Iż-Żimbabwe X X