Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

In forceVersion 2011-03-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/172@2011-03-21/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 3.
  4. 4.
  5. 6.
  6. Artikolu 2
  7. Artikolu 3
  8. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-21 ta' Frar 2011, l-Unjoni Ewropea ddikjarat li hija lesta tappoġġa t-transizzjoni paċifika u ordinata għal gvern ċivili u demokratiku fl-Eġittu bbażat fuq l-istat tad-dritt, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u tappoġġa sforzi sabiex tinħoloq ekonomija li ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tippromwovi t-tkabbir ekonomiku.

(2) F'dan il-kuntest, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi kontra persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għal misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Eġizzjan u li b'hekk qed iċaħħdu lill-poplu Eġizzjan mill-benefiċċji ta’ żvilupp sostenibbli tal-ekonomija u s-soċjetà tagħhom u jimminaw l-iżvilupp tad-demokrazija fil-pajjiż.

(3) Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta, miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li ġew identifikati bħala responsabbli għal misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat Eġizzjan, u persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2. L-ebda fond jew riżors ekonomiku m’għandu jsiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għal benefiċċju ta’ persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.

3. L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt dawk il-kondizzjonijiet li hija tikkunsidra adatti, wara li tiddetermina li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma: Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

3.

(a) meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness u tal-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew dejn ipotekarju, mediċini u kura medika, taxxi, premiums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b) maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmula li huma assoċjati mal-għoti ta’ servizzi legali;

(c) maħsubin esklussivament għall-pagament ta' miżati jew ħlasijiet għal servizzi għaż-żamma jew manteniment ordinarji ta’ fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi; jew

(d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hija tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimgħatejn qabel l-awtorizzazzjoni.

4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi ffriżati jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, sakemm ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin: L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.

(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati jkunu l-oġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 1 ġew elenkati fl-Anness, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati jkunu ser jintużaw esklussivament biex jissodisfaw pretensjonijiet ibbażati fuq tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c) il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d) ir-rikonoxximent tal-garanzija jew tas-sentenza ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat.

5. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu elenkati milli jagħmlu ħlas dovut taħt kuntratt li jkunu daħlu fih qabel id-data li fiha tali persuna, entità jew korp ġew elenkati fl-Anness, sakemm l-Istat Membru konċernat ikun iddetermina li l-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna, entità jew korp msemmija fil-paragrafu 1.

6. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’: sakemm kwalunkwe imgħax bħal dan, u qligħ u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu suġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

6.

(a) imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru suġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2,

Artikolu 2

1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista li tinsab fl-Anness.

2. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew persuna ġuridika, entità jew korp konċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna, entità jew korp skont il-każ.

Artikolu 3

1. L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 1(1).

2. L-Anness għandu jkun fih ukoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi konċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 4 Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2), l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta' Marzu 2012. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton

ANNEX

ANNESS Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1

Isem (u kwalunkwe psewdonimu) Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet għall-indikazzjoni 1. Mohamed Hosni Elsayed Mubarak Ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid 04.05.1928 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 2. Suzanne Saleh Thabet Mart is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 28.02.1941 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 3. Mohamed Hosni Elsayed Mubarak Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 26.11.1960 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 4. Heidy Mahmoud Magdy Hussein Rasekh Mart is-Sur Alaa Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 05.10.1971 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 5. Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak Bin is-Sur Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 28.12.1963 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 6. Khadiga Mahmoud El Gammal Mart is-Sur Gamal Mohamed Hosni Elsayed Mubarak, bin l-ex-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Data tat-twelid: 13.10.1982 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 7. Ahmed Abdelaziz Ezz Ex-Membru tal-Parlament Data tat-twelid: 12.01.1959 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 8. Abla Mohamed Fawzi Ali Ahmed Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz Data tat-twelid: 31.01.1963 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 9. Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz Data tat-twelid: 25.05.1959 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 10. Shahinaz Abdel Aziz Abdel Wahab Al Naggar Mart is-Sur Ahmed Abdelaziz Ezz Data tat-twelid: 09.10.1969 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 11. Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby Ex-Ministru tad-Djar, l-Utilitajiet Pubbliċi u l-Iżvilupp Urban Data tat-twelid: 16.05.1945 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 12. Naglaa Abdallah El Gazaerly Mart is-Sur Ahmed Alaeldin Amin Abdelmaksoud Elmaghraby Data tat-twelid: 03.06.1956 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 13. Rachid Mohamed Rachid Hussein Ex-Ministru tal-Kummerċ u l-Industrija Data tat-twelid: 09.02.1955 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 14. Hania Mahmoud Abdel Rahman Fahmy Mart is-Sur Rachid Mohamed Rachid Hussein Data tat-twelid: 05.07.1959 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 15. Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana Ex-Ministru tat-Turiżmu Data tat-twelid: 20.02.1959 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 16. Jaylane Shawkat Hosni Galal Eldin Mart is-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana Data tat-twelid: 08.01.1960 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 17. Amir Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana Bin is-Sur Mohamed Zohir Mohamed Wahed Garrana Data tat-twelid: 21.09.1990 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 18. Habib Ibrahim Habib Eladli Ex-Ministru tal-Intern Data tat-twelid: 01.03.1938 Raġel Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni 19. Elham Sayed Salem Sharshar Mart is-Sur Habib Ibrahim Eladli Data tat-twelid: 23.01.1963 Mara Persuna soġġetta għal proċedimenti ġudizzjarji mill-awtoritajiet Eġizzjani fir-rigward tal-misapproprjazzjoni ta' Fondi tal-Istat abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni

Versions

  1. 2011-03-21