Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2011 li taħtar membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (2011/195/UE)

In forceVersion 2011-03-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/195@2011-03-25/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 283(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sur Peter PRAET huwa b’dan maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew b’mandat ta’ tmien snin, mill-1 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2011. Għall-Kunsill Ewropew Il-President H. van Rompuy

Versions

  1. 2011-03-25