Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2011 dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2815) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2011/264/UE)

In forceVersion 2011-04-28from 2011-04-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/264@2011-04-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2
  3. 1.
  4. Artikolu 7
  5. ANNEX
  6. QAFAS L-għanijiet tal-kriterji
  7. KRITERJI
  8. 1.
  9. KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
  10. Kriterju 3 aNBO anNBO
  11. Kriterju 4
  12. Kriterju 5
  13. Kriterju 7
  14. Kriterju 8
  15. —
  16. Kriterju 9 —
  17. Appendiċi I Bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID)
  18. Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE, u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1) Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas waqt iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li għandhom ikunu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi tal-prodotti.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/476/KE stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi kif ukoll ir-rekwiżiti relatati mal-valutazzjoni u mal-verifika għad-deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ. Wara l-analiżi tal-kriterji stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/200/KE stabbilixxiet kriterji riveduti li huma validi sat-30 ta’ April 2011.

(4) Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Mill-analiżi jirriżulta li hu meħtieġ li tkun emendata d-definizzjoni tal-grupp tal-prodotti sabiex tinkludi sottogrupp tal-prodotti ġdid u biex tistabbilixxi kriterji ġodda. Dawk il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(5) Id-Deċiżjoni 2003/200/KE għandha tiġi sostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza.

(6) Għandu jkun hemm perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta għad-deterġenti tal-ħwejjeġ għall-ħasil abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll jitħallew jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE jew tal-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni.

(7) Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-grupp tal-prodotti Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ għandu jinkludi: deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ u aġenti ta’ pretrattament li jneħħu t-tbajja' kemm jekk ikunu f'forma ta’ trab, kemm jekk likwidi jew fi kwalunkwe forma oħra li huma kkummerċjalizzati u użati għall-ħasil tat-tessuti primarjament fil-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ domestiċi iżda ma jeskludix l-użu tagħhom f'launderettes u f'laundries komuni. Aġenti ta’ pretrattament li jneħħu t-tbajja' jinkludu aġenti li jneħħu t-tbajja' użati għal trattament dirett tat-tebgħa fuq it-tessuti (qabel ma jinħaslu fil-magna) iżda ma jinkludux aġenti li jneħħu t-tbajja' ddożati fil-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ li jkollhom użi oħra minbarra l-pretrattament. Dan il-grupp ta’ prodotti ma għandux jinkludi prodotti li huma ddożati permezz ta’ trasportaturi bħal folji, biċċiet jew materjali oħra u lanqas aġenti awżiljarji għall-ħasil mingħajr ħasil sussegwenti bħal pereżempju aġenti li jneħħu t-tbajja' għat-twapet u tappizzerija għall-għamara.

Artikolu 2

1. Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

(1) deterġenti qawwija ħafna (heavy-duty) tfisser deterġenti użati għal ħasil normali ta’ tessuti bojod fi kwalunkwe temperatura.

(2) deterġenti sikuri għall-kuluri (colour-safe) tfisser deterġenti użati għal ħasil normali ta’ tessuti kkuluriti fi kwalunkwe temperatura.

(3) deterġenti mhux qawwija (low-duty) tfisser deterġenti maħsuba għal tessuti delikati.

(4) Sustanza tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreżerva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat, iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista' jiġi sseparat mingħajr ma tkun affettwata l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(1) u (2), deterġent għandu jitqies jew bħala deterġent qawwi ħafna inkella bħala deterġent sikur għall-kuluri għajr meta d-deterġent ikun maħsub u kkummerċjalizzat l-aktar għal tessuti delikati. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(3), deterġenti likwidi għall-ħasil normali ta’ tessuti bojod u kkuluriti ma għandhomx jitqiesu bħala deterġenti mhux qawwija.

Artikolu 3 Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett ta’ deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ jew ta’ aġent ta’ pretrattament li jneħħi t-tbajja' għandu jaqa' taħt il-grupp tal-prodotti Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4 Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba' snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5 Għal finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ għandu jkun 6.

Artikolu 6 Id-Deċiżjoni 2003/200/KE hi rrevokata.

Artikolu 7

1. B'deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni 2003/200/KE.

2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti Deterġenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE jew fuq il-kriterji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom ikunu evalwati skont il-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3. Meta l-Ekotikketta tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2003/200/KE, dik l-Ekotikketta tista' tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2011. Għall-Kummissjoni Janez Potočnik Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

QAFAS L-għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji jimmiraw, b’mod partikolari, biex jippromwovu prodotti li għandhom impatt imnaqqas fuq l-ekosistemi akkwatiċi, li jinkludu ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi u li l-prestazzjoni tagħhom kienet ittestjata. Barra minn hekk il-kriterji jimmiraw li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija mill-ħasil tal-ħwejjeġ billi jippromwovu prodotti li huma effiċjenti f’temperaturi baxxi.

KRITERJI

Qed jiġu stabbiliti kriterji għal kull wieħed mill-aspetti li ġejjin:

1. Rekwiżiti tad-dożaġġ

2. Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV)

3. Bijodegradabilità tas-sustanzi organiċi

4. Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

5. Rekwiżiti ta’ imballaġġ

6. Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu)

7. Punti

8. Informazzjoni għall-konsumatur

9. Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE.

1. Valutazzjoni u verifika

1.

(a) Rekwiżiti Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju. Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq. Meta jkun possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti tiegħu. Meta jkun xieraq, il-metodi ta’ ttestjar għajr dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom. L-Appendiċi I tirreferi għall-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID) li tinkludi l-ingredjenti l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tal-ingredjenti. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali. Meta jkun xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

(b) Limiti tal-kejl Is-sustanzi kostitwenti li l-konċentrazzjoni tagħhom taqbeż 0.010 % skont il-piż tal-preparazzjoni għandhom jikkonformaw mal-kriterji ekoloġiċi. Għall-preżervattivi, l-aġenti li jlewnu u l-fwejjaħ il-konformità mal-kriterji hi meħtieġa irrispettivament mill-konċentrazzjoni tagħhom ħlief għall-kriterju 4(b) dwar s-sustanzi u t-taħlitiet esklużi jew illimitati. Is-sustanzi li jidħlu huma ddefiniti bħala s-sustanzi kollha fil-prodott inklużi l-addittivi (eż. preżervattivi jew stabbilizzaturi) fl-ingredjenti. L-impuritajiet li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-materja prima, li huma preżenti f’konċentrazzjonijiet > 0.010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ukoll jikkonformaw mal-kriterji. Fejn l-istruzzjoni tad-dożaġġ fuq l-imballaġġ ikollha speċifikazzjonijiet kemm għall-ħasla ta’ qabel (prewash) kif ukoll għall-ħasla sussegwenti (minbarra ħasla waħda normali), id-dożaġġ totali (ħasla ta’ qabel + ħasla) għandha tikkonforma wkoll mal-kriterji ekoloġiċi. Jekk il-prodott ikollu fojl li ddub fl-ilma intenzjonata biex titneħħa qabel il-ħasil, il-fojl għandha titqies li hi parti mill-formulazzjoni tal-prodott fir-rekwiżiti kollha.

2. Unità funzjonali L-unità funzjonali għal dan il-grupp tal-prodotti għandha tiġi espressa fi gm/kg ta’ ħasil (grammi għal kull kilo ta’ ħasla).

3. Dożaġġ ta’ referenza Għal deterġenti qawwija ħafna u deterġenti sikuri għall-kuluri d-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għall-konsumaturi għall-ilma ta’ ebusija ta’ 2,5 mmol CaCO3/l u tessuti bi ħmieġ normali jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi, u għall-ittestjar tal-prestazzjoni tal-ħasil. Għal deterġenti qawwija ħafna u deterġenti sikuri għall-kuluri dan hu relatat mad-dożaġġ għal kull tagħbija ta’ 4,5 kg (tessuti niexfa) fil-magna tal-ħasil. Għal deterġenti mhux qawwija d-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għall-konsumaturi għall-ilma ta’ ebusija ta’ 2,5 mmol CaCO3/l u tessuti bi ftit ħmieġ jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi, u għall-ittestjar tal-prestazzjoni tal-ħasil. Għal deterġenti mhux qawwija dan hu relatat mad-dożaġġ għal kull tagħbija ta’ 2,5 kg (tessuti niexfa) fil-magna tal-ħasil. Jekk id-dożaġġ irrakkomandat jingħata għal ħasliet ta’ daqsijiet oħra minbarra dawn ta’ hawn fuq, id-dożaġġ ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-kriterji ekoloġiċi, madankollu, jeħtieġ li jikkorrispondi mad-daqs medju ta’ tagħbija. Jekk l-ebusija tal-ilma ta’ 2,5 mmol CaCO3/l mhijiex rilevanti fl-Istati Membri fejn id-deterġent jiġi kkumerċjalizzat, l-applikant għandu jispeċifika d-dożaġġ użat bħala r-referenza. Rekwiżiti relatati mal-valutazzjoni u l-verifika ta’ (2) Unità funzjonali u (3) Dożaġġ ta’ referenza: Il-formulazzjoni sħiħa, li tindika l-isem kummerċjali, l-isem kimiku, in-Nru tal-CAS, in-Nru DID, il-kwantità li tidħol bl-inklużjoni u bl-esklużjoni tal-ilma u l-funzjoni tal-ingredjenti kollha li jidħlu (irrispettivament mill-konċentrazzjoni) fil-prodott, għandha tiġi ppreżentata lill-korp kompetenti. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat b’kampjun tax-xogħol grafiku inklużi r-rakkomandazzjonijiet tad-dożaġġ. Il-korp kompetenti għandu jiġi ppreżentat bi skedi tad-dejta dwar is-sikurezza għal kull ingredjent skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-lista DID tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/did_list_en.htm

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 – Rekwiżiti tad-dożaġġ Id-dożaġġ jikkorrispondi mad-dożaġġ irrakkomandat fi gm/kg ta’ ħasil (trabijiet/pirmli) jew ml/kg ta’ ħasil (likwidi). Għandu jintuża d-dożaġġ irrakkomandat għal ebusija tal-ilma ta’ 2,5 mmol CaCO3/l għal tessuti bi ħmieġ normali (deterġenti qawwija ħafna, deterġenti sikuri għall-kuluri) u tessuti bi ftit ħmieġ (deterġenti mhux qawwija), rispettivament. Id-dożaġġ ma għandux jaqbeż l-ammonti li ġejjin: Tip tal-prodott Dożaġġ, trab/pirmla Dożaġġ, likwidu/ġell Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, Deterġent sikur għall-kuluri 17,0 gm/kg ta’ ħasil 17,0 ml/kg ta’ ħasil Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi 17,0 gm/kg ta’ ħasil 17,0 ml/kg ta’ ħasil Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) 2,7 g/kg ta’ ħasil 2,7 ml/kg ta’ ħasil Jekk ir-rakkomandazzjonijiet japplikaw kemm għall-ħasla ta’ qabel u kemm għall-ħasla sussegwenti, id-dożaġġ totali rrakkomandat (ħasla ta’ qabel + ħasla sussegwenti) għandu jkun konformi mal-livell ta’ dożaġġ massimu. Valutazzjoni u verifika: Il-formulazzjoni sħiħa tal-prodott, it-tabella jew il-grafika inklużi l-istruzzjonijiet rigward id-dożaġġ. Id-densità (gm/ml) għandu jingħata għall-prodotti kollha (jew fuq l-imballaġġ inkella fi Skeda tad-Dejta dwar is-Sikurezza).

Kriterju 2 – Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi: Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) Il-volum kritiku tad-dilwizzjoni tal-prodott ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin (CDVkroniku): Tip tal-prodott CDVkroniku Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, Deterġent sikur għall-kuluri (kull tip) 35,000 l/kg ta’ ħasil Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi (kull tip) 20,000 l/kg ta’ ħasil Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) 3,500 l/kg ta’ ħasil It-tossiċità tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni (CDVkroniku) huwa kkalkulat għall-ingredjenti kollha (i) fil-prodott bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja: CDVkroniku = ΣCDV(i) = Σpiż(i) × DF(i)TFkroniku (i) × 1000 fejn piż (i) il-piż tal-ingredjent għal kull doża rrakkomandata DF il-fattur tad-degradazzjoni TF il-fattur tat-tossiċità kronika tas-sustanza kif iddikjarat fil-lista DID. Il-preżervattivi, l-aġenti li jlewnu u l-fwejjaħ preżenti fil-prodott għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kalkolu tas-CDV anke jekk il-konċentrazzjoni tkun aktar baxxa minn 0 010 % (100 ppm). Valutazzjoni u verifika: Kalkolu tas-CDVkroniku tal-prodott. Spreadsheet għall-kalkolu tal-valur tas-CDV hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE. Il-valuri tal-parametri tad-DF u t-TF għandhom jingħataw fil-lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID). Jekk is-sustanza ma tinstabx fuq il-lista DID, il-parametri għandhom jiġu kkalkulati bl-użu tal-linji gwida fil-parti B tal-lista DID u billi tinhemeż id-dokumentazzjoni assoċjata.

Kriterju 3 aNBO anNBO

Bijodegradabilità tas-sustanzi organiċi Il-kontentut ta’ sustanzi organiċi fil-prodott li huma aerobikament mhux bijodegradabbli (mhux bijodegradabbli fil-pront) (aNBO) u/jew anaerobikament mhux bijodegradabbli (anNBO) ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin: Tip tal-prodott trab, aNBO likwidu/ġell, aNBO Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, deterġent sikur għall-kuluri 1,0 gm/kg ta’ ħasil 0,55 gm/kg ta’ ħasil Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi 0,55 gm/kg ta’ ħasil 0,30 gm/kg ta’ ħasil Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) 0,10gm/kg ta’ ħasil 0,10 gm/kg ta’ ħasil Tip tal-prodott trab, anNBO likwidu/ġell, anNBO Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna, Deterġent sikur għall-kuluri 1,3gm/kg ta’ ħasil 0,70 gm/kg ta’ ħasil Deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwi 0,55gm/kg ta’ ħasil 0,30 gm/kg ta’ ħasil Aġent li jneħħi t-tbajja’ (pretrattament biss) 0,10gm/kg ta’ ħasil 0,10gm/kg ta’ ħasil Valutazzjoni u verifika: Kalkolu ta’ aNBO u anNBO għall-prodott. Spreadsheet li tintuża għall-kalkolu tal-valuri tal-aNBO u l-anNBO hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE. Irreferi għal-lista DID. Għall-ingredjenti li mhumiex inklużi fil-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew sorsi oħra, jew inkella għandhom jiġu pprovduti riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li huma aerobikament u anaerobikament bijodegradabbli. Ara l-Appendiċi I. Innota li t-TAED għandu jitqies bħala bijodegradabbli anaerobikament.

Kriterju 4 – Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati

Kriterju 4

(a) Ingredjenti esklużi speċifikati L-ingredjenti li ġejjin jeħtieġ li ma jiġux inklużi fil-prodott, la bħala parti mill-fromulazzjoni u lanqas bħala parti ta’ kwalunkwe preparazzjoni inkluża fil-formulazzjoni. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Fosfati

EDTA (tetraaċetat tal-etilendiammina)

Nitromiski u miski poliċikliċi

(b) Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu:

Sustanzi u taħlitiet perikolużi Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi jew taħlitiet li jikkonformaw mal-kriterji għall-klassifikazzjoni bil-klassijiet jew il-kategoriji ta’ periklu skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 speċifikati hawn isfel u lanqas ma għandhom jinkludu sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Dikjarazzjoni ta’ Periklu GHS Frażi ta’ Riskju tal-UE H300 Fatali jekk jinbela’ R28 H301 Tossiku jekk jinbela’ R25 H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs R65 H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda R27 H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda R24 H330 Fatali jekk jiġi inalat R23/26 H331 Tossiku jekk jiġi inalat R23 H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi R46 H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi R68 H350 Jista’ jikkawża l-kanċer R45 H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat R49 H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer R40 H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità R60 H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx R61 H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx R60/61/60-61 H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx R60/63 H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità R61/62 H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità R62 H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx R63 H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. R62-63 H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa R64 H370 Jikkawża ħsara lill-organi R39/23/24/25/26/27/28 H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi R68/20/21/22 H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien R48/25/24/23 H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien R48/20/21/22 H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi R50 H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul R50-53 H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul R51-53 H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul R52-53 H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi R53 EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu R59 EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku R29 EUH031 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidu jillibera gass tossiku R31 EUH032 Meta jiġi f’kuntatt mal-aċidu jillibera gass tossiku ħafna R32 EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn R39-41 Sustanzi sensitizzanti H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat R42 H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda R43 Dan il-kriterju japplika għall-ingredjenti kollha preżenti f’konċentrazzjonijiet ta’ ≥ 0.010 %, inklużi l-preżervattivi, l-aġenti li jlewnu u l-fwejjaħ. L-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-proprjetajiet tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huwa eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq. Derogi: is-sustanzi jew it-taħlitiet li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit: Aġenti tensjoattivi F’konċentrazzjonijiet ta’ < 25 % fil-prodott H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi R 50 Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul R50-53 R51-53 Fwejjaħ H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul R52-53 Bijoċidi użati għal skopijiet ta’ preżervazzjoni Enżimi H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat R42 Katalizzaturi tal-bliċ Enżimi H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda R43 Katalizzaturi tal-bliċ NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA H351: Suspettat li jikkawża l-kanċer R40 Aġenti ottiċi li jilluminaw (għal deterġent għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwi ħafna biss) H413 Jista’ jikkawża effetti għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi R53 Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.

(c) Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 Ma għandha tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament KE Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0.010 %. Valutazzjoni u verifika: Il-lista tas-sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab hawn: http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista. L-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni relatata, bħad-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ffirmati mill-fornituri tal-materjal jew kopji tal-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza rilevanti għas-sustanzi jew it-taħlitiet.

(d) Ingredjenti limitati speċifikati – fwejjaħ L-ingredjenti kollha miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandhom ikunu mmanifatturati u mmaniġġati skont il-kodiċi tal-prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ (IFRA). Il-kodiċi jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Istandards tal-IFRA rigward il-projbizzjoni, l-użu ristrett u l-kriterji ta’ purità speċifikati għall-materjali għandhom jiġu segwiti mill-manifattur. Is-sustanzi ta’ fwieħa soġġetti għar-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-deterġenti (l-Anness VII) u li mhumiex diġà esklużi mill-kriterju 4b u sustanzi ta’ fwieħa (oħrajn) ikklassifikati bħala H317/R43 (Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda) u/jew H334/R42 (Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat) ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0 010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza. Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwieħa li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, il-Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE kif ukoll il-kontenut ta’ sustanzi (oħrajn) li kienu assenjati il-frażijiet tar-riskju H317/R43 u/jew H334/R42.

(e)(i)(ii) Bijoċidi Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreżervaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq biss għal dan l-iskop. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ wkoll ikollhom karatteristiċi bijoċidali. Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe preżervattiv miżjud, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-preżervattivi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġ biex il-prodott ikun ippreżervat (eż. ir-riżultati ta’ test ta’ sfida jew l-ekwivalenti). Hu pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti.

Kriterju 5 – Rekwiżiti ta’ imballaġġ

Kriterju 5

(a) Proporzjon piż/utilità (weight/utility ratio, WUR) Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-prodott ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin: Tip tal-prodott WUR Trabijiet 1,2gm/kg ta’ ħasil Oħrajn (eż. likwidi, ġellijiet, pirmli, kapsuli) 1,5gm/kg ta’ ħasil Il-WUR għandu jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt: WUR = ΣWi + Ui/Di * ri Fejn: Wi il-piż (gm) tal-komponent tal-imballaġġ (i) inkluża t-tabella jekk applikabbli. Ui il-piż (gm) ta’ materjal (verġni) mhux riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ (i). Jekk il-proporzjon ta’ materjal riċiklat fil-komponent tal-imballaġġ ikun 0 %, Ui = Wi. Di l-għadd ta’ unitajiet funzjonali li jkun hemm fil-komponent tal-imballaġġ (i). L-unità funzjonali = id-ożaġġ fi gm/kg ta’ ħasil ri il-figura tar-riċiklaġġ, i.e. l-għadd ta’ drabi li l-komponent tal-imballaġġ (i) jintuża għall-istess għan f’sistema ta’ ritorn jew ta’ milja oħra. Il-valur assenjat (default value) għal r huwa ssettjat bħala 1 (= l-ebda użu mill-ġdid). Jista’ jintuża valur ogħla għal r biss jekk l-applikant jista’ jiddokumenta li l-komponent tal-imballaġġ qed jintuża mill-ġdid għall-istess skop. Eċċezzjonijiet: Imballaġġ tal-plastik/karti/kartun li jkun fih aktar minn 80 % materjal riċiklat huwa eżentat minn dan ir-rekwiżit. L-imballaġġ jitqies bħala riċiklat jekk il-materja prima li tintuża għall-imballaġġ tkun inġabret minn manifatturi tal-imballaġġ fl-istadju tad-distribuzzjoni jew fl-istadju tal-konsumatur. Fejn il-materja prima tkun skart industrijali mill-proċess tal-produzzjoni tal-manifattur tal-materjal stess, il-materjal ma jitqiesx bħala riċiklat. Valutazzjoni u verifika: Kalkolu tat-WUR tal-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu. Indikazzjoni tal-kontentut ta’ materjal riċiklat fl-imballaġġ. Għal approvazzjoni ta’ imballaġġ għal milja oħra, l-applikant u/jew il-bejjiegħ għandu jiddokumenta li l-materjal għal milja oħra se jkun disponibbli għax-xiri fis-suq.

(b) Imballaġġ tal-plastik Fl-imballaġġ tal-plastik jistgħu jintużaw biss dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 4(b) (u kombinazzjonijiet relatati).

(c) Tikkettar tal-imballaġġ tal-plastik Sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-partijiet differenti tal-imballaġġ għar-riċiklaġġ, il-partijiet tal-plastik fl-imballaġġ primarju għandhom ikunu mmarkati skont DIN 6120, il-Parti 2 jew l-ekwivalenti tagħhom. Il-kuperċijiet u l-pompi huma eżentati minn dan ir-rekwiżit. Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.

Kriterju 6 – Prestazzjoni tal-ħasil (idoneità għall-użu) Il-prodott għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni kif speċifikati għat-tip tal-prodott rilevanti skont l-aħħar verżjoni tat-test tal-prestazzjoni tad-deterġenti għall-ħasil tal-Ekotikketta tal-UE li tista’ tinstab hawn: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/laundry_detergents_en.htm Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi rapport tat-test li jindika li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti minimi ddefiniti f’dan it-test.

Kriterju 7 – Punti

Kriterju 7

(a) Deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ qawwija ħafna, Deterġenti sikuri għall-kuluri Għandhom jinkisbu tal-anqas 3 punti mill-matriċi ta’ hawn taħt. Il-massimu ta’ punti li jista’ jinkiseb huwa 8 punti għal prodotti li jintużaw b’ilma kiesaħ, 7 punti għal prodotti li jintużaw b’temperaturi baxxi u 6 punti għal prodotti oħra. Profil tal-klima Prodott li jintuża b’ilma kiesaħ (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentata fi ≤ 20 °C) 2P Prodott li jintuża b’temperaturi baxxi (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentata fi > 20 °C sa < 30 °C) 1P Dożaġġ massimu Dożaġġ massimu ≤ 14 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 14 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) 2P Dożaġġ massimu ≤ 16 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 16 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) 1P CDV CDVkroniku < 25,000 l/kg ta’ ħasil 2P CDVkroniku bejn 25,000 sa 30,000 l/kg ta’ ħasil 1P aNBO aNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu 1P anNBO anNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu 1P Il-minimu ta’ punti li għandu jinkiseb sabiex tingħata Ekotikketta tal-UE 3P

(b) Deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ mhux qawwija Għandhom jinkisbu tal-anqas 3 punti mill-matriċi ta’ hawn taħt. Il-massimu ta’ punti li jista’ jinkiseb huwa 8 punti għal prodotti li jintużaw b’ilma kiesaħ, 7 punti għal prodotti li jintużaw b’temperaturi baxxi u 6 punti għal prodotti oħra. Profil tal-klima Prodott li jintuża b’ilma kiesaħ (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentat fi ≤ 20 °C) 2P Prodott li jintuża b’temperaturi baxxi (prestazzjoni tal-ħasil iddokumentata fi > 20 °C sa < 30 °C) 1P Dożaġġ massimu Dożaġġ massimu ≤ 14 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 14 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) 2P Dożaġġ massimu ≤ 16 gm/kg ta’ ħasil (trab, pirmla) jew ≤ 16 ml/kg ta’ ħasil (likwidu, ġell) 1P CDV CDVkroniku < 15,000 l/kg ta’ ħasil 2P CDVkroniku bejn 15,000 sa 18,000 l/kg ta’ ħasil 1P aNBO aNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu 1P anNBO anNBO ≤ 75 % tal-valur tal-limitu 1P Il-minimu ta’ punti li għandu jinkiseb sabiex tingħata Ekotikketta tal-UE 3P Valutazzjoni u verifika: Kalkolu tas-somma tal-punti miksuba għall-prodott. Fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE hemm disponibbli spreadsheet għal dan il-kalkolu.

Kriterju 8 – Informazzjoni għall-konsumatur

Kriterju 8

(a) Istruzzjonijiet rigward id-dożaġġ Id-dożaġġi rrakkomandati għandhom jiġu speċifikati għal tessuti bi ħmieġ normali u b"ħafna’ ħmieġ u għal firxiet varji ta’ ebusijiet tal-ilma rilevanti għall-pajjiżi konċernati u meqjusa bħala xierqa għall-piż tat-tessut. (Mhux applikabbli għal aġenti li jneħħu t-tbajja’). Id-differenza bejn ir-rakkomandazzjonijiet rigward id-dożaġġi għall-firxa l-aktar baxxa ta’ ebusija tal-ilma (artab (soft)) għal tessuti bi ħmieġ normali u l-ogħla firxa ta’ ebusija tal-ilma (iebes (hard)) għal tessuti b’ħafna ħmieġ ma tistax tvarja b’fattur akbar minn 2. (Mhux applikabbli għal aġenti li jneħħu t-tbajja’). Id-dożaġġ ta’ referenza użat għat-test tal-prestazzjoni tal-ħasil u għall-valutazzjoni tal-konformità mal-kriterji ekoloġiċi dwar l-ingredjenti għandu jkun l-istess bħad-dożaġġ irrakkomandat fuq l-imballaġġ għal tessuti bi ħmieġ normali u ebusija tal-ilma li tikkorrispondi għal 2,5 mmol CaCO3/l. Meta fir-rakkomandazzjonijiet ikun hemm inklużi biss ebusijiet tal-ilma anqas minn 2,5 mmol CaCO3/l, id-dożaġġ massimu rrakkomandat għal bi ħmieġ normali għandu jkun anqas mid-dożaġġ ta’ referenza użat fit-test tal-prestazzjoni (ebusija tal-ilma ta’ 2,5 mmol CaCO3/l).

(b) Informazzjoni dwar l-imballaġġ Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin rigward il-ħasil (jew l-ekwivalenti) għandhom jidhru fuq l-imballaġġ ta’ prodotti bl-Ekotikketta tal-UE fi ħdan il-grupp tal-prodotti għajr aġenti ta’ pretrattament li jneħħu t-tbajja’ Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu preżenti jew bħala test inkella bħala simboli: Jekk tuża dan il-prodott bit-Tikketta tal-UE skont l-istruzzjonijiet rigward id-dożaġġ int se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ilma, tal-produzzjoni tal-iskart u tal-konsum tal-enerġija.

(b)

—

Aħsel fit-temperatura l-aktar baxxa possibbli

Aħsel dejjem b’magna mgħobbija kollha

Iddoża skont il-ħmieġ u l-ebusija tal-ilma, segwi l-istruzzjonijiet tad-dożar

Jekk inti allerġiku/a għat-trabijet tad-dar, dejjem aħsel il-friex f’60 °C. Żid it-temperatura tal-ħasil għal 60 °C f’każ ta' mard li jittieħed.

(c) Dikjarazzjonijiet dwar l-imballaġġ Ġeneralment, dikjarazzjonijiet dwar l-imballaġġ għandhom jiġu ddokumentati jew permezz ta’ ttestjar tal-prestazzjoni inkella permezz ta’ dokumentazzjoni rilevanti oħra (eż. dikjarazzjonijiet dwar l-effiċjenza f’temperaturi baxxi, dikjarazzjonijiet dwar it-tneħħija ta’ ċerti tipi ta’ tbajja’, dikjarazzjonijiet dwar benefiċċji għal ċerti tipi jew kuluri ta’ tessuti jew dikjarazzjonijiet oħra dwar proprjetajiet speċifiċi/benefiċċji tal-prodott).

Eż. jekk prodott jiddikjara effiċjenza f’20 °C, it-test tal-effiċjenza jeħtieġ li jsir fi ≤ 20 °C (u b’mod korrispondenti għal dikjarazzjonijiet oħra ta’ temperaturi taħt 30 °C).

Eż. jekk prodott jiddikjara li huwa effiċjenti fuq ċerti tipi ta’ tbajja’, dan għandu jiġi ddokumentat b’test tal-effiċjenza

(d) Informazzjoni dwar l-imballaġġ – rekwiżiti addizzjonali għal aġenti li jneħħu t-tbajja’ It-tneħħija tat-tbajja’, li għaliha ma jkun sar l-ebda test tal-prestazzjoni, ma għandhiex tiġi ddikjarata fuq il-prodott. Valutazzjoni u verifika (a-d): L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta tal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju. Dikjarazzjonijiet rigward il-prodott għandhom jiġu ddokumentati permezz ta’ rapporti ta’ testijiet xierqa jew dokumentazzjoni rilevanti oħra.

Kriterju 9 – Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE It-tabella fakultattiva bil-kaxxa testwali għandha tinkludi t-test li ġej: Il-linji gwida għall-użu tat-tabella fakultattiva bil-kaxxa testwali jistgħu jinstabu fil-Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta fuq is-sit elettroniku: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm Assessment and verification: L-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta.

Kriterju 9 —

Impatt imnaqqas fuq ekosistemi akkwatiċi

Sustanzi perikolużi limitati

Prestazzjoni ttestjata.

Appendiċi I Bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (lista DID)

Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tal-ingredjenti tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE. Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel: Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli: Tossiċità akuta Tossiċità kronika Degradazzjoni Ingredjent LC50/EC50 SF(akut) TF(akut) NOEC SF(kroniku) TF(kroniku) DF Aerobiku Anaerobiku Isem 1 mg/l 10000 0,0001 0,0001 1 P N

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità immedjata

Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabilità immedjata:

(1) Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015:

Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità immedjata pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi ddettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom.

Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem (10 days window principle) ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fl-Anness V.C4-A u C4-B tad-Direttiva 67/548/KEE (u t-testijiet OECD 301 A u E ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO), u għandhom ikunu 60 % għat-testijiet C4-C, D, E u F (u t-testijiet OECD 301 B, C, D u F ekwivalenti għalihom u l-ekwivalenti għall-ISO).

(2) Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015: Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anaerobika

It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.

Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID

Meta l-ingredjenti ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:

(1) Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u l-bijodegradabilità anaerobika tista’ titqies ukoll li teżisti għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili).

(2) Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabilità anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti.

(3) Wettaq test ta’ degradabilità b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’ 14C jew b’analiżi kimika. L-ittestjar b’dożaġġi baxxi jista’ jitwettaq bl-użu tal-metodu OECD 308 (Awwissu 2000) jew metodu ekwivalenti.

Versions

  1. 2011-04-28