Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2011 li tagħti lil ċerti partijiet eżenzjoni mill-estensjoni ta’ dazju antidumping għal ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2474/93, miżmum u emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, u li tneħħi s-sospensjoni u tirrevoka l-eżenzjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż għal ċerti partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mogħtija lil ċerti partijiet skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 3543) (2011/304/UE)

In forceVersion 2011-05-23from 2011-05-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/304@2011-05-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. (4) Tabella 1
  3. (9) Tabella 2
  4. (12) Tabella 3
  5. (14) Tabella 4
  6. Artikolu 1 Tabella 1 Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati
  7. Artikolu 2 Tabella 2 Lista ta’ partijiet li għalihom is-sospensjoni għandha titneħħa
  8. Artikolu 3 Tabella 3 Lista ta’ partijiet li għalihom l-eżenzjoni għandha titneħħa
  9. Artikolu 4 Tabella 4 Lista ta’ partijiet li qed jiġu eżaminati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ir-Regolament bażiku),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/97 (ir-Regolament li jestendi), li jestendi d-dazju definittiv antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 dwar roti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u l-impożizzjoni ta’ dazju estiż fuq dawn l-importazzjonijiet irreġistrati fir-Regolament (KE) Nru 703/96,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97 tal-20 ta’ Jannar 1997 dwar l-awtorizzazzjoni għall-eżenzjoni tal-importazzjoni ta’ wħud mill-partijiet tar-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-estensjoni permezz tar-Regolament (KE) Nru 71/97 tal-Kunsill, tad-dazju antidumping impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93 (ir-Regolament ta’ eżenzjoni) tal-Kunsill, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1) Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ eżenzjoni, għadd ta’ persuni li jarmaw ir-roti ressqu talbiet skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont ir-Regolament (KE) Nru 71/97 (id-dazju antidumping estiż). Il-Kummissjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali listi suċċessivi ta’ persuni li jarmaw ir-roti li għalihom il-ħlas tad-dazju antidumping estiż fir-rigward tal-importazzjonijiet tagħhom ta’ partijiet essenzjali tar-roti ddikjarati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ġie sospiż skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

(2) Wara l-aħħar pubblikazzjoni tal-lista ta’ partijiet li kienu qed jiġu eżaminati, intgħażel perjodu ta’ eżami ewlieni. Dan il-perjodu ġie ddefinit mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2010. Intalbet informazzjoni mis-snin 2008 u 2009 wkoll. Intbagħat kwestjonarju lill-partijiet kollha li kellhom jiġu evalwati, li jitlob informazzjoni dwar l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ li saru matul il-perjodu rilevanti ta’ eżami.

(3) Il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa wkoll bil-likwidazzjoni ta’ żewġ kumpaniji li kienu eżentati mid-dazju antidumping estiż fuq partijiet tar-roti. Barra minn hekk, kumpanija oħra naqset li tikkoforma mal-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/97. L-eżenzjoni se tiġi rrevokata għal dawn il-kumpaniji.

TALBIET GĦALL-EŻENZJONI LI GĦALIHA NGĦATAT SOSPENSJONI QABEL Talbiet aċċettabbli għall-eżenzjoni

(4) Tabella 1

Il-Kummissjoni rċeviet mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn taħt l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-determinazzjoni tal-ammissibbiltà tat-talbiet tagħhom. Dawn il-partijiet kienu diġà rċevew is-sospensjoni tagħhom b’effett mill-jum tal-wasla tal-ewwel dokument ta’ applikazzjoni komplut għand il-Kummissjoni. L-informazzjoni mitluba u pprovduta mill-ġdid ġiet eżaminata u vverifikata, fejn meħtieġ, fl-istabbilimenti tal-partijiet ikkonċernati. Skont din l-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li t-talbiet li tressqu mill-partijiet elenkati fit-Tabella 1 hawn taħt huma ammissibbli skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Isem Indirizz Pajjiż Kodiċi addizzjonali TARIC Sektor S.R.L. Via Don Peruzzi 27/B, 36027 Rosa’ (VI) L-Italja A956 Sintema Sport S.R.L. Via delle Valli 7, 20042 Albiate (MB) (il-kodiċi postali se jinbidel għal 20847) L-Italja A970 Wilier Triestina S.P.A. Via Fratel M. Venzo 11/1, 36028 Rossano Veneto (VI) L-Italja A963

(5) Il-fatti kif finalment aċċertati mill-Kummissjoni juru li għal dawn l-operazzjonijiet kollha ta’ assemblaġġ tar-roti tal-applikanti, il-valur tal-partijiet li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li ntużaw fl-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tagħhom kien aktar baxx minn 60 % tal-valur totali tal-partijiet użati f’dawn l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ u huma, għalhekk, jaqgħu barra l-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku.

(6) Għalhekk, u skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, il-partijiet elenkati fit-Tabella ta’ hawn fuq għandhom jiġu eżentati mid-dazju antidumping estiż.

(7) Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament ta’ eżenzjoni, l-eżenzjoni tal-partijiet elenkati fit-Tabella 1 mid-dazju antidumping estiż għandha tidħol fis-seħħ mid-data minn meta jaslu t-talbiet tagħhom. Barra minn hekk, id-dejn doganali tagħhom fir-rigward tad-dazju antidumping estiż għandu jitqies null mid-data tal-wasla tat-talbiet tagħhom għall-eżenzjoni.

(8) Il-kumpanija Sintema Sport S.R.L. għarrfet lill-Kummissjoni li l-kodiċi postali tal-kumpanija se jinbidel f’April 2011 minn 20042 għal 20847 minħabba l-bidla tad-distrett ta’ Albiate mid-distrett ta’ Milan għad-distrett ta’ Monza.

Talbiet inaċċettabbli għall-eżenzjoni

(9) Tabella 2

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 2 hawn taħt ressqu talba għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż ukoll. Isem Indirizz Pajjiż Kodiċi addizzjonali TARIC Bicicletas JL C/Alhama No 64, 14900 Lucena Spanja A982 Eddy Merckx Cycles N.V. Birrebeekstraat 1, 1860 Meise Il-Belġju A954 Euro-Bike Produktionsgesellschaft mbH Biaser Strasse 29, 39261 Zerbst Il-Ġermanja A873 KHK Bike Handels GmbH Industriestrasse 21a, 97483 Eltmann Il-Ġermanja A965 S.C. Rich Euro Bike S.R.L. Bucuresti-Urziceni Route, no 54 A, 077010 Afumati, Ilfov County Ir-Rumanija A895 Trade Invest spol. s r.o. Tiskařská 10/257, 108 00 Praha 10 Ir-Repubblika Ċeka A962

(10) Żewġ partijiet ma użawx partijiet tar-roti soġġetti għad-dazju antidumping fl-operazzjoni ta’ assemblaġġ tagħhom matul il-perjodu ta’ eżami. Parti waħda għarrfet lill-Kummissjoni li ma għandhomx bżonn l-eżenjoni fil-ġejjieni. Żewġ partijiet ma ressqux tweġiba għall-kwestjonarju u ddikjaraw li ma użawx partijiet tar-roti soġġetti għad-dazju antidumping fl-operazzjoni ta’ assemblaġġ tagħhom. Parti waħda qed tiġi likwidata.

(11) Billi l-partijiet elenkati fit-Tabella 2 naqsu li jissodisfaw il-kriterji għall-eżenzjoni, il-Kummissjoni kellha tirrifjuta t-talba tagħhom għall-eżenzjoni skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ eżenzjoni. Fid-dawl ta’ dan, is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ eżenzjoni għandha titneħħa u d-dazju antidumping estiż għandu jinġabar mid-data tal-wasla tat-talba mressqa minn din il-parti.

Revoki

(12) Tabella 3

L-eżenzjoni għandha tiġi rrevokata għall-partijiet elenkati fit-Tabella 3 hawn taħt. Isem Indirizz Pajjiż Kodiċi addizzjonali TARIC Biria Bike GmbH Hauptstrasse 37, 01904 Neukirch/Lausitz Il-Ġermanja 8062 Moore Large & Co. Gramplan Buildings, Sinfin Lane, DE24 9GL Derby Ir-Renju Unit 8963 N&W Cycle GmbH Mühlenhof 5, 51598 Friesenhagen Il-Ġermanja A852

(13) Dawn il-partijiet ġew eżentati mid-dazju antidumping estiż fuq il-partijiet tar-roti. Il-Kummissjoni ġiet mgħarrfa issa li waħda minn dawn il-partijiet diġà ġiet likwidata u parti waħda qed tiġi likwidata. L-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni wriet li kumpanija oħra waqqfet l-operazzjonijiet ta’ assemblaġġ tagħha u biegħet mill-ġdid il-partijiet importati lil parti mhux eżentata. Għalkemm dawn l-importazzjonijiet jaqgħu barra mill-ambitu tal-iskema ta’ eżenzjoni, il-kumpanija kompliet tiddikjara dawn l-importazzjonijiet taħtha. Minħabba l-fatt li ma għandhiex operazzjoni ta’ assemblaġġ tagħha stess, il-kumpanija ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, jiġifieri ma tiżgurax li l-operazzjoni ta’ assemblaġġ tagħha tibqa’ barra mill-ambitu tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u ma tista’ tiġi pprovduta l-ebda dokumentazzjoni konklużiva li turi l-użu li sar mill-kunsinni riċevuti. Għalhekk, l-eżenzjoni għandha tiġi revokata skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni.

TALBIET GĦALL-EŻENZJONI LI GĦALIHOM IS-SOSPENSJONI MA NGĦATATX QABEL

(14) Tabella 4

Il-partijiet interessati huma hawnhekk mgħarrfa bil-wasla ta’ talbiet ulterjuri għall-eżenzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ eżenzjoni, mill-partijiet elenkati fit-Tabella 3. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, għandha tidħol fis-seħħ kif muri fil-kolonna intitolata Data tad-dħul fis-seħħ: Isem Indirizz Pajjiż Data tad-dħul fis-seħħ Kodiċi addizzjonali TARIC Bikeworks AC GmbH Ernst-Abbe-Strasse 28, 52249 Eschweiler il-Ġermanja 11.6.2010 A980 Blue Factory Team S.L. Elche Parque Industrial, C/Torres y Villarroel, 6, 03203 Elche Spanja 16.7.2010 A984 Code X Sp. z o.o. Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie (fil-bidu ul. Krolewska nr 16, 00-103 Warszawa) Il-Polonja 22.1.2010 A966 JETLANE SAS (initially JET’LEAN) 4, boulevard de Mons, 59650 Villeneuve d’Ascq Franza 18.2.2010 A968 Maxtec Ltd. 1, Goliamokonarsko Shosse, 4204 Tsaratsovo, Plovdiv Il-Bulgarija 15.10.2010 A991 Metelli di Staffoni Mario & C.S.A.S. Via Trento 68, 25030 Trenzano (BS) L-Italja 13.4.2010 A979 Müller GmbH Riedlerweg 7, 8054 Graz L-Awstija 30.3.2010 A978 (fil-bidu A977) Unicykel AB Aröds Industrieväg 14, 422 43 Hisings Backa L-Isvezja 11.1.2010 A967

(15) Il-kumpanija Code X Sp. z o.o. irċeviet is-sospensjoni tagħha fit-22 ta’ Jannar 2010. Sadanittant il-kumpanija bidlet is-sede legali tagħha minn ul. Krolewska nr 16, 00-103 Warszawa għal Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie. Din il-bidla tas-sede legali ma taffettwax it-talba inizjali għas-sospensjoni. Il-kumpanija JET’LEAN irċeviet is-sospensjoni tagħha fit-18 ta’ Frar 2010. Sadanittant l-isem legali ta’ JET’LEAN inbidel f’JETLANE. Din il-bidla tal-isem ma taffettwax it-talba inizjali għas-sospensjoni. Il-kumpanija Müller GmbH irċeviet is-sospensjoni tagħha fit-30 ta’ Marzu 2010. Il-kodiċi addizzjonali TARIC A977 li ngħata fil-bidu lill-kumpanija Müller GmbH ġie allokat bi żball darbtejn u ġie rtirat. Mit-3 ta’ Ġunju 2010 il-kumpanija Müller GmbH irċeviet il-kodiċi addizzjonali TARIC A978. Din il-bidla tal-kodiċi ma taffettwax it-talba inizjali għas-sospensjoni.

(16) Il-kumpaniji kollha elenkati fit-Tabelli 1 sa 4 hawn fuq ġew mgħarrfa u ngħataw l-opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. Instab li kontra l-informazzjoni oriġinali li kienet disponibbli għall-Kummissjoni, il-kumpanija IMACycles Bicicletas e Motociclos Lda fil-fatt ma kinitx qed tiġi likwidata. Għalhekk, l-eżenzjoni għal dik il-kumpanija mhux se tiġi revokata u l-isem tal-kumpanija tneħħa mit-Tabella 3. L-ebda wieħed mill-kummenti l-oħra li waslu ma kienu tali li jbiddlu l-konklużjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Tabella 1 Lista tal-partijiet li għandhom ikunu eżentati

Il-partijiet elenkati hawn taħt fit-Tabella 1 huma b’dan eżentati mill-estensjoni għall-importazzjonijiet ta’ ċerti partijiet tar-roti mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina mir-Regolament (KE) Nru 71/97 tad-dazju antidumping definittiv fuq ir-roti li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina impost mir-Regolament (KEE) Nru 2474/93, emendat u miżmum l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1095/2005. L-eżenzjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ kull parti mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata Data tad-dħul fis-seħħ. Isem Indirizz Pajjiż Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 Data tad-dħul fis-seħħ Kodiċi addizzjonali TARIC Sektor S.R.L. Via Don Peruzzi 27/B, 36027 Rosa’ (VI) L-Italja Artikolu 7 27.5.2009 A956 Sintema Sport S.R.L. Via delle Valli 7, 20042 Albiate (MB) (il-kodiċi postali se jinbidel għal 20847) L-Italja Artikolu 7 22.2.2010 A970 Wilier Triestina S.P.A. Via Fratel M. Venzo 11/1, 36028 Rossano Veneto (VI) L-Italja Artikolu 7 3.11.2009 A963

Artikolu 2 Tabella 2 Lista ta’ partijiet li għalihom is-sospensjoni għandha titneħħa

It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju antidumping estiż imressqa skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 mill-partijiet elenkati hawn taħt fit-Tabella 2 huma b’dan miċħuda. Is-sospensjoni tal-ħlas tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 hija b’dan imneħħija għall-partijiet ikkonċernati mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata Data tad-dħul fis-seħħ. Isem Indirizz Pajjiż Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 Data tad-dħul fis-seħħ Kodiċi addizzjonali TARIC Bicicletas JL C/Alhama No 64, 14900 Lucena Spanja Artikolu 5 5.7.2010 A982 Eddy Merckx Cycles N.V. Birrebeekstraat 1, 1860 Meise Il-Belġju Artikolu 5 30.4.2009 A954 Euro-Bike Produktionsgesellschaft mbH Biaser Strasse 29, 39261 Zerbst Il-Ġermanja Artikolu 5 15.10.2007 A873 KHK Bike Handels GmbH Industriestrasse 21a, 97483 Eltmann Il-Ġermanja Artikolu 5 3.12.2009 A965 S.C. Rich Euro Bike S.R.L. Bucuresti-Urziceni Route, no 54 A, 077010 Afumati, Ilfov County Ir-Rumanija Artikolu 5 10.7.2008 A895 Trade Invest spol. s r.o. Tiskařská 10/257, 108 00 Praha 10 Ir-Repubblika Ċeka Artikolu 5 20.10.2009 A962

Artikolu 3 Tabella 3 Lista ta’ partijiet li għalihom l-eżenzjoni għandha titneħħa

L-eżenzjonijiet mill-ħlas tad-dazju antidumping estiż skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 88/97 għall-partijiet elenkati hawn taħt fit-Tabella 3 għandhom jiġu revokati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ eżenzjoni. L-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju antidumping estiż hija b’dan imneħħija għall-partijiet ikkonċernati mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata Data tad-dħul fis-seħħ. Isem Indirizz Pajjiż Eżenzjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 Data tad-dħul fis-seħħ Kodiċi addizzjonali TARIC Biria Bike GmbH Hauptstrasse 37, 01904 Neukirch/Lausitz Il-Ġermanja Artikolu 7 Jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni 8062 Moore Large & Co. Gramplan Buildings, Sinfin Lane, DE24 9GL Derby Ir-Renju Unit Artikolu 7 Jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni 8963 N&W Cycle GmbH Mühlenhof 5, 51598 Friesenhagen Il-Ġermanja Artikolu 7 Jum wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni A852

Artikolu 4 Tabella 4 Lista ta’ partijiet li qed jiġu eżaminati

Il-partijiet elenkati fit-Tabella 4 hawn taħt jikkostitwixxu l-lista aġġornata tal-partijiet li qed jiġu eżaminati skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 88/97. Is-sospensjoni mid-dazju estiż, wara dawn it-talbiet, daħlet fis-seħħ mid-data rilevanti li tidher fil-kolonna intitolata Data tad-dħul fis-seħħ fit-Tabella 4. Isem Indirizz Pajjiż Sospensjoni konformi mar-Regolament (KE) Nru 88/97 Data tad-dħul fis-seħħ Kodiċi addizzjonali TARIC Bikeworks AC GmbH Ernst-Abbe-Strasse 28, 52249 Eschweiler Il-Ġermanja Artikolu 5 11.6.2010 A980 Blue Factory Team S.L. Elche Parque Industrial, C/Torres y Villarroel, 6, 03203 Elche Spanja Artikolu 5 16.7.2010 A984 Code X Sp. z o.o. Olszanka 109, 33-386 Podegrodzie (fil-bidu ul Krolewska nr 16, 00-103 Warszawa) Il-Polonja Artikolu 5 22.1.2010 A966 JETLANE SAS (initially JET’LEAN) 4, boulevard de Mons, 59650 Villeneuve d’Ascq Franza Artikolu 5 18.2.2010 A968 Maxtec Ltd. 1, Goliamokonarsko Shosse, 4204 Tsaratsovo, Plovdiv Il-Bulgarija Artikolu 5 15.10.2010 A991 Metelli di Staffoni Mario & C.S.A.S. Via Trento 68, 25030 Trenzano (BS) L-Italja Artikolu 5 13.4.2010 A979 Müller GmbH Riedlerweg 7, 8054 Graz L-Awstrija Artikolu 5 30.3.2010 A978 (fil-bidu A977) Unicykel AB Aröds Industrieväg 14, 422 43 Hisings Backa L-Isvezja Artikolu 5 11.1.2010 A967

Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri u lill-partijiet elenkati fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4. Hija wkoll ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011. Għall-Kummissjoni Karel De Gucht Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2011-05-23