Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/367/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja

In forceVersion 2011-06-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/367@2011-06-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 A. B.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011. Għall-Kunsill Il-President Martonyi J.

ANNEX

ANNESS

PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 A. B.

Persuni Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data tat-twelid, post tat-twelid…) Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Zoulhima CHALICHE (Dhu al-Himma SHALISH) Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha. Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. 23.6.2011 2. Riyad CHALICHE (Riyad SHALISH) Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. 23.6.2011 3. Kmandant Brigadier Mohammad Ali JAFARI (magħruf bħala JA'FARI, Aziz; magħruf bħala JAFARI, Ali; magħruf bħala JAFARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JA'FARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JAFARI-NAJAFABADI, Mohammad Ali) DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran. Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. 23.6.2011 4. Maġġur Ġeneral Qasem SOLEIMANI (magħruf bħala Qasim SOLEIMANY) Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. 23.6.2011 5. Hossein TAEB (magħruf bħala TAEB, Hassan; magħruf bħala TAEB, Hosein; magħruf bħala TAEB, Hossein; magħruf bħala TAEB, Hussayn; magħruf bħala TAEB, Hojjatoleslam Hossein TA'EB) DtT 1963; PtT Tehran, Iran. Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. 23.6.2011 6. Khalid QADDUR Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. 23.6.2011 7. Ra'if AL-QUWATLI (magħruf bħala Ri'af AL-QUWATLI Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. 23.6.2011 Entitajiet Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Bena Properties Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim 23.6.2011 2. Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari) Po Box 108, Damascus Tel: 963 112110059 / 963112110043 Fax: 963 933333149 Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim 23.6.2011 3. Hamcho International (magħruf bħala Hamso International Group) Baghdad Street, P.O.Box 8254 Damascus Tel.:963 112316675 Fax: 963 112318875 Website: www.hamshointl.com Posta elettronika: info@hamshointl.com u hamshogroup@yahoo.com Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim 23.6.2011 4. Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE) Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim. 23.6.2011

Versions

  1. 2011-06-23