Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2011 tat-18 ta’ April 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Kiełbasa jałowcowa (STG)]

In forceVersion 2011-04-18from 2011-05-09
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/379@2011-04-18/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Il-klassi 1.2.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, l-applikazzjoni mressqa mill-Polonja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni Kiełbasa jałowcowa ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Il-Kummissjoni ġiet innotifikata b’dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, immotivata skont l-Artikolu 9(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006. B’ittra tas-26 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibdew il-konsultazzjonijiet rilevanti.

(3) Ladarba intlaħaq ftehim fi żmien sitt xhur mingħajr modifiki tal-elementi ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(2), il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni.

(4) Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, id-denominazzjoni msemmija għandha għaldaqstant tkun irreġistrata.

(5) Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso

ANNEX

ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

Il-klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IL-POLONJA

Kiełbasa jałowcowa (STG)

Versions

  1. 2011-04-18