Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUMM/1/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (2011/390/PESK)

In forceVersion 2011-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/390@2011-07-01/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1) Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK li stabbiliet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (EUMM Georgia).

(2) Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK li testendi l-EUMM Georġia sal-14 ta’ Settembru 2011.

(3) Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUMM Georgia, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Is-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia għall-perijodu mit-18 ta’ Lulju 2011 sal-14 ta’ Settembru 2011.

Artikolu 2 Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUMM Georgia/1/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia hija b’dan imħassra.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President O. Skoog

Versions

  1. 2011-07-01