Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 392/2011 tad-19 ta’ April 2011 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ April 2011 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

In forceVersion 2011-04-19from 2011-04-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/392@2011-04-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2) L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa, għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u 8, matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ April 2011 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 u, għall-grupp 3, għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012 għal ċerti kwoti li jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa kemm jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2011 għall-gruppi 1, 2, 4, 6, 7 u, 8, u, għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2011 sat-30 ta' Ġunju 2012 għall-grupp 3 japplika l-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ April 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2011. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS

In-nru tal-grupp In-nru tas-serje Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1.7.2011-30.9.2011 (f’%) 1 09.4211 0,437144 6 09.4216 0,515235 In-nru tal-grupp In-nru tas-serje Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa għall-perjodu mill-1.7.2011-30.6.2012 (f’%) 3 09.4213 1,315789

Versions

  1. 2011-04-19