Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2011 li taħtar membru supplenti Slovakk fil-Kumitat tar-Reġjuni (2011/40/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/40@2011-01-18/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Slovakk,
Billi:
(1) Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.
(2) Post ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara tmiem il-mandat tas-Sur Pavol FREŠO,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Huwa b’dan maħtur membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015: predseda Žilinského samosprávneho kraja
Mr Juraj BLANÁR
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2011. Għall-Kunsill Il-President Gy. Matolcsy