Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/412/PESK tat-12 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/412@2011-07-12/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire.
(2) Fit-28 ta’ April 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta Riżoluzzjoni, l-UNSCR 1980 (2011), li ġeddet il-miżuri imposti kontra l-Côte d'Ivoire bil-UNSCR 1572 (2004), il-paragrafu 5 tal-UNSCR 1946 (2010) u l-paragrafu 12 tal-UNSCR 1975 (2011) sat-30 ta’ April 2012, u li emendat il-miżuri restrittivi fuq l-armi.
(3) Minbarra l-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi previsti fil-UNSCR 1980 (2011), huwa adatt li jiġu emendati l-miżuri restrittivi sabiex jiġi eżentat tagħmir ieħor inkluż b'mod awtonomu mill-Unjoni.
(4) Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Artikolu 2 tad-Deċizjoni 2010/656/PESK huwa b'dan emendat kif ġej:
Artikolu 1
1. Il-Punt (e) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
1.
(e) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat u taħriġ u assistenza teknika maħsuba unikament għas-sostenn tal-proċess Ivorjan ta’ Riforma tas-Settur tas-Sigurtà, skont talba formali mill-Gvern Ivorjan, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;;
2. Il-punt li ġej huwa miżjud:
2.
(g) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna u li hu maħsub biss għall-appoġġ tal-proċess Ivorjan ta’ Riforma tas-Settur tas-Sigurtà, kif ukoll il-forniment ta’ finanzjament, għajnuna finanzjarja jew għajnuna teknika u taħriġ relatati ma’ tali tagħmir..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011. Għall-Kunsill Il-President J. Vincent-Rostowski