Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/7/KE li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4996) (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku) (2011/418/UE)

In forceVersion 2011-07-14from 2011-07-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/418@2011-07-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 1.
  4. ANNEX
  5. METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI F’ĊIPRU
  6. PARTI I 1.2.3. L-apparat imsejjaħ Hennessy Grading probe (HPG 4)
  7. PARTI II 1.2.3. L-apparat imsejjaħ Ultra FOM 300

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikulari l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/7/KE, ġie awtorizzat l-użu ta’ metodu wieħed għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali f’Ċipru.

(2) Minħabba li l-formola tal-metodu jeħtieġ li tiġi aġġornata wara li ilha tintuża kważi ħames snin minn meta ġiet approvata, Ċipru ddeċieda li jagħmel prova ġdida permezz ta’ żewġ strumenti, msejħin l-HGP-4 u l-Ultra FOM 300.

(3) Ċipru talab lill-Kummissjoni tawtorizza l-bidla tal-formola użata fil-metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali msejjaħ il-Hennessy Grading Probe (HGP 4), kif ukoll tawtorizza metodu ġdid u aġġornat li ma jinvadix għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tiegħu (imsejjaħ Ultra FOM 300), u ppreżenta deskrizzjoni ddettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom jissejjes dak il-metodu, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tiegħu u l-ekwazzjonijiet użati biex jiġi vvalutat il-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll li dwaru hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rappurtar tal-prezzijiet tagħhom.

(4) Eżami ta’ dik it-talba wera li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk, dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati f’Ċipru.

(5) Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2005/7/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6) Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(7) Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2005/7/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

Artikolu 1

1. L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

1.

Artikolu 1 L-użu tal-metodi li ġejjin għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’Ċipru għandu jiġi awtorizzat: F’dak li għandu x’jaqsam mal-apparat imsejjaħ Ultra FOM 300, imsemmi fit-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu, wara li jitlesta l-kejl irid ikun jista’ jiġi vverifikat fuq il-karkassa li l-apparat kejjel il-valuri tal-kejl X1 u X2 fil-post li dwaru hemm dispożizzjoni fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness. L-immarkar korrispondenti tal-post tal-kejl irid isir fl-istess waqt li jsir il-kejl.

l-apparat imsejjaħ Hennessy Grading Probe (HGP 4) u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness;

l-apparat imsejjaħ Ultra FOM 300 u l-metodi ta’ valutazzjoni marbutin miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti II tal-Anness.

2. L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-5 ta’ Settembru 2011 ’il quddiem.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ Ċipru.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2011. Għall-Kummissjoni Dacian Cioloş Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI F’ĊIPRU

PARTI I 1.2.3. L-apparat imsejjaħ Hennessy Grading probe (HPG 4)

Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala l-Hennessy Grading Probe (HGP 4). L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u ta’ 6,3 millimetri fix-xafra fil-quċċata tas-sonda) li jkun fiha fotodajowd (photodiode) (LED tat-tip LYU 260-EO tad-ditta Siemens) u photodetector tat-tip 58 MR u li jkollha distanza ta’ ħidma ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz tal-apparat HGP 4 innifsu jew permezz ta’ kompjuter imqabbad miegħu. Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Ŷ = 61,10 – 0,629 X1 + 0,160 X2 fejn: Ŷ il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa, X1 il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, X2 il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal X1. Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 55 u 120 kilogramma.

PARTI II 1.2.3. L-apparat imsejjaħ Ultra FOM 300

Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala Ultra FOM 300. L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda ultrasonika ta’ 3,5 MHz li tkun twila 5 ċentimetri u li jkollha 64 transdjuser ultrasoniku. Is-sinjal ultrasoniku għandu jkun diġitalizzat, maħżun u pproċessat minn mikroproċessur (tat-tip SHARC ADSP-21060L). Ir-riżultati tal-kejl għandhom jinqalbu f’kontenut tad-dgħif stmat permezz tal-apparat tal-Ultra FOM 300 innifsu. Il-kontenut tad-dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja: Ŷ = 65,51 – 0,779 X1 + 0,111 X2 fejn: Ŷ il-perċentwali tad-dgħif stmat fil-karkassa, X1 il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tielet u r-raba’ kustilja tal-aħħar, X2 il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal X1. Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 55 u 120 kilogramma.

Versions

  1. 2011-07-14