Gelex

Regolament (UE) Nru 512/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011

In forceVersion 2011-05-11from 2011-06-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/512@2011-05-11/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill- 1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007.
  4. (2)
  5. (3)
  6. (4)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1) Mill-1971, l-Unjoni tat preferenzi kummerċjali lil pajjiżi li qed jiżviluppaw, fil-qafas tal-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (is-SĠP) tagħha. Is-SĠP ġiet implimentata permezz ta’ Regolamenti suċċessivi li japplikaw skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (l-iskema) b’perjodi ta’ applikazzjoni li normalment ilaħħqu t-tliet snin kull darba.

(2) L-iskema attwali ġiet stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 u tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2011. Dar ir-Regolament għandu jiżgura li l-operat tal-iskema jissokta japplika wara dik id-data.

(3) Titjib ulterjuri għall-iskema għandu jkun ibbażat fuq proposta tal-Kummissjoni għal regolament ġdid (ir-Regolament li jmiss) li għandu jqis kunsiderazzjonijiet rilevanti relatati mal-effikaċja tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 fil-kisba tal-għanijiet tal-iskema. Ir-Regolament li jmiss għandu jinkludi l-emendi meħtieġa biex jiżgura l-effikaċja kontinwa tal-iskema. Huwa essenzjali wkoll li l-proposta tal-Kummissjoni tqis id-data tal-istatistika kummerċjali, li saret disponibbli biss f’Lulju 2010, dwar importazzjonijiet koperti mill-iskema għall-perjodu li jinkludi l-2009, sena mmarkata minn tnaqqis sinifikanti fil-kummerċ globali inkluż dak ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. Huwa ugwalment importanti li jiġi żgurat li l-operaturi ekonomiċi u l-pajjiżi benefiċjarji jingħataw avviż adegwat tal-bidliet li jġib miegħu r-Regolament li jmiss. Għal dawk ir-raġunijiet, il-perjodu li baqa’ ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 mhuwiex biżżejjed biex jippermetti li l-Kummissjoni tfassal proposta u l-adozzjoni sussegwenti tar-Regolament li jmiss skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Minkejja dan, huwa preferibbli li tiġi żgurata l-kontinwità fl-operat tal-iskema lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2011 sakemm jasal il-waqt li jiġi adottat u jibda japplika r-Regolament li jmiss.

(4) Il-perjodu ta’ estensjoni tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 ma għandux ikun indefinit. Konsegwentement u biex jingħata ż-żmien meħtieġ għall-proċedura leġislattiva għall-adozzjoni tal-iskema l-ġdida, il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2013. Fil-każ li r-Regolament li jmiss isir applikabbli qabel dik id-data, il-perjodu ta’ estensjoni għandu jitqassar b’mod korrispondenti.

(5) Huma meħtieġa xi emendi tekniċi għar-Regolament (KE) Nru 732/2008 biex tiġi żgurata koerenza u kontinwità fl-operat tal-iskema.

(6) Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jissodisfaw il-kriterji biex ikunu eliġibbli għall-arranġament speċjali ta’ inċentiv għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) għandhom ikunu jistgħu jgawdu minn preferenzi tariffarji addizzjonali taħt dak l-arranġament jekk, mat-talba tagħhom sal-31 ta’ Ottubru 2011 jew it-30 ta’ April 2013, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħtihom l-arranġament speċjali ta’ inċentiv sal-15 ta’ Diċembru 2011 jew il-15 ta’ Ġunju 2013 rispettivament. Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li diġà ngħataw benefiċċji li jaqgħu taħt l-arranġament speċjali ta’ inċentiv bħala riżultat tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/938/KE tad-9 ta’ Diċembru 2008 dwar il-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba, stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008, u 2010/318/UE tad-9 ta’ Ġunju 2010 dwar il-pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw għall-arranġament ta’ inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għall-perjodu ta’ bejn l- 1 ta’ Lulju 2010 u l- 31 ta’ Diċembru 2011, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 għandhom iżommu dak l-istatus tul l-estensjoni tal-iskema attwali.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 732/2008 huwa b’dan emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill- 1 ta’ Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007.

It-titolu jinbidel b’dan li ġej:

(2) Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

(2)

(c) għall-finijiet tal-Artikolu 9(1)(a)(iii) - dawk disponibbli fl-1 ta’ Settembru 2010, bħala medja annwali fuq tliet snin konsekuttivi;

(d) għall-finijiet tal-Artikolu 9(1)(a)(iv) – dawk disponibbli fl-1 ta’ Settembru 2012, bħala medja annwali fuq tliet snin konsekuttivi..

(3) L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(3)

(a) fil-punt (a) tal-paragrafu 1, wara l-punt (ii) jiddaħħal dan li ġej: jew

(a)

(iii) sal-31 ta’ Ottubru 2011, li jrid jingħata arranġament speċjali ta’ inċentiv mill-1 ta’ Jannar 2012; jew

(iv) sat-30 ta’ April 2013, li jrid jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentiv mill-1 ta’ Lulju 2013;;

(b) il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(b)

(i) it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Il-pajjiżi mogħtija l-arranġament speċjali ta’ inċentiv għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba abbażi ta’ talba skont il-paragrafu 1(a)(i) m’għandhomx l-obbligu li jippreżentaw talba skont il-paragrafu 1(a)(ii), 1(a)(iii) jew 1(a)(iv).;

(ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej: Il-pajjiżi mogħtija l-arranġament speċjali ta’ inċentiv għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba abbażi ta’ talba skont il-paragrafu 1(a)(ii) m’għandhomx l-obbligu li jippreżentaw talba skont il-paragrafu 1(a)(iii), jew il-paragrafu 1(a)(iv). Il-pajjiżi mogħtija l-arranġament speċjali ta’ inċentiv għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba abbażi ta’ talba skont il-paragrafu 1(a)(iii) m’għandhomx l-obbligu li jippreżentaw talba skont il-paragrafu 1(a)(iv)..

(4) l-Artikolu 10(3) huwa emendat kif ġej:

(4)

(a) il-kelma jew tiżdied fl-aħħar tal-punt (b);

(b) jiżdiedu il-punti li ġejjin:

(b)

(c) sal- 15 ta’ Diċembru 2011 għal talba skont l-Artikolu 9(1)(a)(iii); jew

(d) sal-15 ta’ Ġunju 2013 għal talba skont l-Artikolu 9(1)(a)(iv)..

(5) Fl-Artikolu 32(2), il-kliem 31 ta’ Diċembru 2011 huma sostitwiti bil-kliem: 31 ta’ Diċembru 2013 jew sa data stipulata mir-Regolament li jmiss, skont liema minnhom tiġi l-ewwel.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta’ Mejju 2011. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. Buzek Għall-Kunsill Il-President Győri E.

Versions

  1. 2011-05-11