Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 568/2011 tal-14 ta’ Ġunju 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Miód drahimski (IĠP)]

In forceVersion 2011-06-14from 2011-07-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/568@2011-06-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. Klassifikazzjoni 1.4.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mill-Polonja biex id-denominazzjoni Miód drahimski tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(2) Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament hija b'dan irreġistrata.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-Kummissjoni, f'isem il-President, Dacian Cioloş Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:

Klassifikazzjoni 1.4.

Prodotti oħra ta' oriġini mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib għajr il-butir, eċċ.)

IL-POLONJA

Miód drahimski (IĠP)

Versions

  1. 2011-06-14