Regolament (UE) Nru 580/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f’dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/580@2011-06-08/mt
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,
Billi:
(1) Fl-2004 l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 li stabbilixxa l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-Aġenzija).
(2) Fl-2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 1007/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 fir-rigward tal-perjodu effettiv tal-Aġenzija.
(3) Minn Novembru 2008, sar dibattitu pubbliku dwar id-direzzjoni ġenerali tal-isforzi Ewropej lejn aktar sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni, inkluż dibattitu dwar l-Aġenzija. Bi qbil mal-istrateġija tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, u bħala kontribut għal dan id-dibattitu, il-Kummissjoni nidiet konsultazzjoni pubblika dwar l-objettivi għal politika msaħħa għas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni fil-livell tal-Unjoni, li damet għaddejja minn Novembru 2008 sa Jannar 2009. F’Diċembru 2009, id-dibattitu wassal għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2009 dwar approċċ kollaborattiv Ewropew għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.
(4) Meta jitqiesu r-riżultati tad-dibattitu pubbliku, huwa previst li r-Regolament (KE) Nru 460/2004 jiġi sostitwit.
(5) Proċedura leġislattiva għar-riforma tal-Aġenzija tista’ teħtieġ ħafna żmien estensiv għad-dibattitu u billi l-mandat tal-Aġenzija jiskadi fit-13 ta’ Marzu 2012, jeħtieġ li tiġi adottata estensjoni li tippermetti biżżejjed diskussjoni fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill u li tiżgura l-konsistenza u l-kontinwità.
(6) Il-perjodu effettiv tal-Aġenzija għandu għalhekk jiġi estiż sat-13 ta’ Settembru 2013,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 1
Artikolu 27 Tul ta’ Attività
L-Aġenzija għandha tiġi stabbilita fl-14 ta’ Marzu 2004 għal perjodu ta’ disa’ snin u sitt xhur.
Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, it-8 ta’ Ġunju 2011. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. Buzek Għall-Kunsill Il-President Győri E.