Gelex

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 608/2011 tat-22 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Ġunju 2011 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

In forceVersion 2011-06-22from 2011-06-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/608@2011-06-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. I.A
  4. I.F Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera
  5. I.H Prodotti li joriġinaw min-Norveġja
  6. I.I Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda
  7. I.J Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-1 u l-10 ta' Ġunju 2011 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa, jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.F, I.H, I.I, u I.J tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2353/2001, imressqa matul il-perjodu bejn l-1 u l-10 ta' Ġunju 2011 jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ Ġunju 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2011. Għall-Kummissjoni, f’isem il-President, José Manuel Silva Rodríguez Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

ANNEX

ANNESS

I.A

— Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4590 — 09.4599 — 09.4591 — 09.4592 — 09.4593 — 09.4594 — 09.4595 10,484082 % 09.4596 100 %

I.F Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4155 48,007681 %

I.H Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4179 100 %

I.I Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4205 100 % 09.4206 100 %

I.J Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

— Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja. Numru tal-kwota tariffarja Koeffiċjent tal-allokazzjoni 09.4210 —

Versions

  1. 2011-06-22