Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 li japprova s-sutanza attiva profossidim, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/706@2011-07-20/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
- Artikolu 2 Rivalutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
- 2.
- Artikolu 3 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
- Artikolu 4 Revoka
- Artikolu 5 Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
- ANNEX
- ANNESS I
- PARTI A
- PARTI B
- ANNESS II
- PARTI A
- PARTI B
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 78(2) tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għandha tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li trid tiġi adottata deċiżjoni għalihom skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva qabel l-14 ta’ Ġunju 2011. Għall-profossidim il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma sodisfatti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/43/KE.
(2) Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-2 ta’ April 1998, Spanja rċeviet applikazzjoni minn BASF SE għall-inklużjoni tas-sustanza attiva profossidim fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/43/KE kkonfermat li l-fajl kien komplut fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III mad-Direttiva 91/414/KEE.
(3) Għal dik is-sustanza attiva, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent ġew ivvalutati, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikant. Ir-relatur maħtur mill-Istat Membru ssottometta abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni fl-28 ta’ Marzu 2001.
(4) Għall-profossidim l-abbozz tar-rapport ta’ valutazzjoni ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata nhar is-17 ta’ Ġunju 2011 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-profossidim
(5) Minn bosta eżamijiet li saru deher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu l-profossidim jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-profossidim ikun approvat.
(6) Bla ħsara għall-obbligi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala konsegwenza tal-approvazzjoni, meta titqies is-sitwazzjoni speċifika maħluqa mit-tranżizzjoni mid-Direttiva 91/414/KEE għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu japplika madankollu dan li ġej. L-Istati Membri għandu jingħatalhom perjodu ta’ sitt xhur wara l-approvazjoni għall-awtorizzazzjonijiet għal reviżjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-profossidim. L-Istati Membri għandhom, skont il-bżonn, ivarjaw, jissostitwixxu jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet. Permezz ta’ deroga minn dik l-iskadenza, għandu jiġi pprovdut perjodu itwal għat-tressiq u l-valutazzjoni tal-aġġornament tal-fajl komplut tal-Anness III, kif stabbilit fid-Direttiva 91/414/KEE, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu li hu maħsub għalih skont il-prinċipji uniformi.
(7) L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru 1992 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li jittratta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, uriet li jistgħu jinħolqu d-diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-obbligi tad-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti b’rabta mal-aċċess għad-dejta. Għalhekk, sabiex jiġu evitati aktar diffikultajiet, jidher li huwa meħtieġ li l-obbligi tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment l-obbligu li jkun verifikat li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I ma’ dik id-Dirrettiva jew ir-Regolamenti li japprovaw is-sustanzi attivi.
(8) B’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati għandu jiġi emendat skont dan.
(9) Biex ikun hemm ċarezza, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/14/UE tal-24 ta’ Frar 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex jiġi inkluż il-profossidim bħala sustanza attiva għandha titħassar.
(10) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1 Approvazzjoni ta’ sustanza attiva
Is-sustanza attiva profossidim, kif sepċifikat fl-Anness I, hija approvata bil-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2 Rivalutazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
1. L-Istati Membri għandhom b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-profossidim bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2012. Sa dakinhar, huma għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament ikunu sodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ dak l-Anness, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal, fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II mad-Direttiva 91/414/KEE skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) sa (4) ta’ dik id-Direttiva u l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-ħarsien tal-pjanti li fih il-profossidim jew bħala l-unika sustanza attiva inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li kienu lkoll elenkati fl-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jirrivalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi, kif previsti fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III mad-Direttiva 91/414/KEE u billi titqies il-Parti B tal-kolonna dwar id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I ma’ dan ir-Regolament. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Wara li ssir dik id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:
2.
(a) fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-profossidim bħala l-unika sustanza attiva, fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013; jew
(b) fil-każ ta’ prodott li jkun fih il-profossidim bħala waħda minn bosta sustanzi attivi, fejn hemm bżonn, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Jannar 2013 jew sad-data ffissata għal din l-emenda jew dan l-iritrar fl-att jew atti rispettivi li żiedu s-sustanza jew is-sustanzi rilevanti fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE jew li approvaw dik is-sustanza jew sustanzi skont liema minnhom tkun saret l-aħħar.
Artikolu 3 Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
L-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4 Revoka
Id-Direttiva 2011/14/UE hija imħassra.
Artikolu 5 Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jibda japplika mill-1 ta’ Awwissu 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2011. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso
ANNEX
ANNESS I
Isem komuni, Numri ta’ identifikazzjoni Isem tal-IUPAC Purità Data tal-approvazzjoni Skadenza tal-approvazzjoni Dispożizzjonijiet speċifiċi Profossidim Nru CAS 139001-49-3 Nru CIPAC 621 2 - [(1 E/Z) - [(2 R S) – 2 - (4 – klorofenossi) propossiimino] butil] – 3 – idrossi – 5 - [(3 R S; 3 S R) – tetraidro – 2 H – tijopiran – 3 – yl] ċikloeż – 2 - enonu > 940 g/kg 1 ta’ Awwissu 2011 31 ta’ Lulju 2021
PARTI A
L-użi bħala erbiċida biss fir-ross jista’ jiġi awtorizzat.
PARTI B
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-profossidim, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej: Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju fejn ikun xieraq.
għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;
għar-riskju fit-tul għall-organiżmi li mhumiex fil-mira.
ANNESS II
Fil-Parti B tal-Anness mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja: Numru Isem komuni, Numri ta’ identifikazzjoni Isem tal-IUPAC Purità Data tal-approvazzjoni Skadenza tal-approvazzjoni Dispożizzjonijiet speċifiċi 2 Profossidim Nru CAS 139001-49-3 Nru CIPAC 621 2 - [(1 E/Z) - [(2 R S) – 2 - (4 – klorofenossi) propossiimino] butil] – 3 – idrossi – 5 - [(3 R S; 3 S R) – tetraidro – 2 H – tijopiran – 3 – yl] ċikloeż – 2 - enonu > 940 g/kg 1 ta’ Awwissu 2011 31 ta’ Lulju 2021
PARTI A
L-użi bħala erbiċida biss fir-ross jista' jiġi awtorizzat.
PARTI B
Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-profossidim, u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-17 ta’ Ġunju 2011. F'din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għal dan li ġej: Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju fejn ikun xieraq.
għall-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;
għar-riskju fit-tul għall-organiżmi li mhumiex fil-mira.