Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/71/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/71@2011-01-31/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire.
(2) Meta titqies il-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire, jeħtieġ li jiżdiedu persuni u entitajiet oħra mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 L-Artikolu 7(2) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:
Artikolu 1
2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u l-Artikolu 5(1)(b), għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ..
Artikolu 2 Il-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.
Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Jannar 2011. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton
ANNEX
ANNESS PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 B.
Isem (u psewdonomu possibbli) Karatteristiċi ta' identifikazzjoni Raġunijiet 1. Is-Sur Philippe Henry Dacoury-Tabley Gvernatur tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo 2. Is-Sur Denis N’Gbé Imwieled fis-6 ta' Settembru 1956, f'Danane; numru tal-passaport: PS-AE/094GD07 (jiskadi fis-26 ta' Lulju 2012) Diretur Nazzjonal tal-Côte d’Ivoire tal-BCEAO: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo 3. Is-Sur Ibrahim Ezzedine Imwieled fil-5 ta' Frar 1968, f'Bariche (il-Libanu); numru tal-passaport: 08AB14590 (jiskadi fl-4 ta' Ottubru 2014) Imprenditur; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo 4. Is-Sur Roland Dagher Imwieled fit-8 ta' Mejju 1952, f'Bamako (Mali); numru tal-passaporti: PD-AE/075FN01 (jiskadi fis-16 ta' Jannar 2011) 08AA15167 (jiskadi fl-1 ta' Diċembru 2013) Imprenditur, membru tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali: jikkontribwixxi għall-finanzjament illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo 5. Is-Sur Oussou Kouassi Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956, f'Oumé; numru tal-passaporti: PD-AE/016EU09 (jiskadi fil-31 ta' Awwissu 2009) 08AA80739 (jiskadi fit-12 ta' Lulju 2014) Direttur Ġenerali tal-Ekonomija: persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo 6. Is-Sur Ossey Eugène Amonkou Imwieled fit-13 ta' Lulju 1960, f'Akoupé; numru tal-passaport: 04LE10026 (jiskadi fid-19 ta' Ġunju 2011) Direttur Ġenerali tal-Bank Nazzjonali tal-Investiment (BNI): persuna li tirrifjuta li toqgħod taħt l-awtorità tal-President elett b'mod demokratiku; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo Entitajiet Isem (u psewdonomu possibbli) Karatteristiċi ta' identifikazzjoni Raġunijiet 1. Caisse d’Epargne de Côte d’Ivoire SIEGE SOCIAL Abidjan-Plateau, Immeuble SMGL, 11 Avenue Joseph Anoma, 01 BP 6889 Abidjan 01 RCI Tel.: +225 20 25 43 00 Fax: +225 20 25 53 11 SWIFT: CNCGCIAB - Email: info@caissepargne.ci Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo 2. Banque de l’Habitat de Côte d’Ivoire (BHCI) 22 Avenue Joseph Anoma - 01 BP 2325 Abidjan 01 Côte d’Ivoire Tel.: +225 20 25 39 39 - Fax.: +225 20 22 58 18 Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo