Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 804/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

In forceVersion 2011-08-10from 2011-08-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/804@2011-08-10/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u b’mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1) Fit-2 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(2) Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/500/PESK tal-10 ta’ Awwissu 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, għandhom jiġu inklużi żewġ entitajiet addizzjonali fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-entitajiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiżdied mal-lista li tinsab fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2011. Għall-Kunsill Il-President M. Dowgielewicz

ANNEX

ANNESS Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

Isem Informazzjoni ta' identifikazzjoni Raġunijiet Data tal-elenkar 1. Al-Shahara Oil Services Company (magħrufa wkoll bħala: Al Sharara, Al-shahara oil service company, Sharara Oil Service Company, Sharara, Al-Sharara al-Dhahabiya Oil Service Company) Al-Saqa District, Beside al-Saqa Mosque, Tripli, Libja Tel: +218 21362 2163 Fax: +218 21362 2161 Entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni tar-Reġim ta' Qadhafi. 10.8.2011 2. Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Ċentri Amministrattivi (ODAC) www.odac-libya.com Entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni tar-Reġim ta' Qadhafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. ODAC iffaċilitat eluf ta' proġetti infrastrutturali ffinanzjati mill-gvern. 10.8.2011

Versions

  1. 2011-08-10