Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2011 li taħtar membru Svediż u membru supplenti Svediż fil-Kumitat tar-Reġjuni (2011/812/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/812@2011-12-01/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Svediż,
Billi:
(1) Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE u 2010/29/UE li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.
(2) Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Kent JOHANSSON.
(3) Wara l-ħatra tas-Sinjura Ewa-May KARLSSON bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti post ta’ membru supplenti,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
Artikolu 1
(a) bħala membru: u
Is-Sinjura Ewa-May KARLSSON, Ledamot i kommunfullmäktige, Vindelns kommun
(b) bħala membru supplenti:
Is-Sinjura Carola GUNNARSSON, Ledamot i kommunfullmäktige, Sala kommun.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2011. Għall-Kunsill Il-President W. Kosiniak-Kamysz