Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Litwanja (2011/888/UE)

In forceVersion 2011-12-13
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/888@2011-12-13/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal- kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali, b’mod partikolari l-Artikolu 25 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, b’mod partikolari l-Artikolu 20 u l-Kapitolu 4 tal-Anness tagħha,

Billi:

(1) F’konformità mal-Protokoll dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.

(2) U kif meħtieġ, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI huwa applikabbli u l-Kunsill irid jiddeċiedi unanimament jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3) L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI jipprovdi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI għandhom jittieħdu abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.

(4) Kif meħtieġ fil-Kapitolu 4, punt 1.1, tal-Anness għad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, il-kwestjonarju mfassal mill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill jikkonċerna kull wieħed mill-iskambji awtomatizzati ta’ data u għandu jimtela minn Stat Membru hekk kif huwa jemmen li huwa jissodisfa l-prerekwiżiti għall-kondiviżjoni tad-data fil-kategorija rilevanti ta’ data.

(5) Il-Litwanja kkompletat il-kwestjonarju dwar il-protezzjoni tad-data u l-kwestjonarju dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika.

(6) Il-Litwanja wettqet b’suċċess eżerċizzju pilota mal-Awstrija.

(7) Saret żjara ta’ evalwazzjoni fil-Litwanja u sar rapport dwar iż-żjara ta’ evalwazzjoni mill-iskwadra ta’ evalwazzjoni Awstrijaka li ntbagħat lill-Grupp ta’ Ħidma rilevanti tal-Kunsill.

(8) Rapport ta’ evalwazzjoni ġenerali, li jagħti sintesi tar-riżultati tal-kwestjonarju, iż-żjara ta’ evalwazzjoni u l-eżerċizzju pilota dwar l-iskambju ta’ data dattiloskopika ġie ppreżentat lill-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, il-Litwanja implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tforni data personali skont l-Artikolu 9 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011. Għall-Kunsill Il-President M. Cichocki

Versions

  1. 2011-12-13