Gelex

Regolament (UE) Nru 954/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumaturi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2011-09-14from 2011-10-07
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2011/954@2011-09-14/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. Artikolu 21a Reviżjoni
  5. ANNEX

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jistipula l-kundizzjonijiet li huma suġġetti għalihom l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri nominati bħala responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi biex jikkooperaw flimkien u mal-Kummissjoni sabiex jaċċertaw il-konformità ma’ dawn il-liġijiet u l-funzjonament mingħajr tfixkil tas-suq intern, u sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi.

(2) Il-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jiddefinixxi il-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi bħala d-Direttivi, kif trasposti fl-ordni legali interna tal-Istati Membri, u r-Regolamenti elenkati fl-Anness ta’ dak ir-Regolament (l-Anness).

(3) Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, diversi atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness ġew imħassra, u ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida.

(4) Id-Direttiva 84/450/KEE ġiet imħassra u sostitwita mid-Direttiva 2006/114/KE. Għaldaqstant ir-referenza għad-Direttiva 84/450/KEE għandha titneħħa mill-Anness u tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikoli speċifiċi tad-Direttiva 2006/114/KE li għandhom l-għan li jħarsu l-interessi tal-konsumaturi.

(5) Filwaqt li d-Direttiva 87/102/KEE ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/48/KE, id-Direttiva 2008/48/KE ma tiddikjarax b'mod espress li r-referenzi għad-Direttiva 87/102/KEE mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għad-Direttiva 2008/48/KE. Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, ir-referenza għad-Direttiva 87/102/KEE fl-Anness għandha għaldaqstant tiġi sostitwita b'referenza għad-Direttiva 2008/48/KE.

(6) Id-Direttiva 89/552/KEE ġiet irrevokata u sostitwita bid-Direttiva 2010/13/UE. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2010/13/UE, ir-referenzi għad-Direttiva 89/552/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2010/13/UE. Madankollu għall-fini ta’ ċarezza, ir-referenza għad-Direttiva 89/552/KEE fl-Anness għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-Artikoli relevanti tad-Direttiva 2010/13/UE.

(7) Id-Direttiva 93/13/KEE ma kinitx emendata bid-Deċiżjoni tal-2002/995/KE u r-referenza għal dik id-Deċiżjoni għandha titneħħa mill-Anness.

(8) Id-Direttiva 94/47/KE ġiet imħassra u sostitwita bid-Direttiva 2008/122/KE. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/122/KE, ir-referenzi għad-Direttiva 94/47/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-Direttiva 2008/122/KE. Madankollu għall-fini ta’ ċarezza, ir-referenza għad-Direttiva 94/47/KE fl-Anness għandha tiġi sostitwita b'referenza għad-Direttiva 2008/122/KE.

(9) Id-Direttiva 97/55/KE hija Direttiva ta’ emenda għad-Direttiva rrevokata 84/450/KEE. Għaldaqstant, ir-referenza għad-Direttiva 97/55/KEE għandha titneħħa mill-Anness.

(10) L-Anness għandu jiġi emendat kif xieraq.

(11) Jeħtieġ li ssir evalwazzjoni tal-effikaċja u tal-mekkaniżmi operattivi tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u li tiġi eżaminata b’mod komprensiv il-possibbiltà li jiġu inklużi fl-Anness liġijiet addizzjonali li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, bil-ħsieb li dak ir-Regolament jiġi rivedut ħalli l-awtoritajiet pubbliċi tal-infurzar jingħatawlhom mezzi mtejba biex bihom b’mod effikaċi jikxfu, jinvestigaw u jġibu fi tmiemhom jew jipprojbixxu infrazzjonijiet li jmorru kontra l-interessi kollettivi tal-konsumaturi f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mill-aktar fis u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk ikun hemm lokha,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 huwa emendat kif ġej:

Artikolu 1

(1) għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

(1)

Artikolu 21a Reviżjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li għandu jivvaluta l-effikaċja u l-mekkaniżmi operattivi ta’ dar-Regolament u jeżamina b’mod komprensiv il-possibbiltà li jiġu inklużi fl-Anness liġijiet addizzjonali li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi. Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq evalwazzjoni esterna u fuq konsultazzjoni estiża tal-partijiet interessati relevanti kollha, u miegħu għandha ssir proposta leġiżlattiva, jekk ikun hemm lokha.;

(2) l-Anness qed jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Settembru 2011. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. Buzek Għall-Kunsill Il-President M. Dowgielewicz

ANNEX

ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 hu b’dan emendat kif ġej:

(1)(1) in-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) tinbidel b’dan li ġej: Id-Direttivi Nru 6, 8 u 13 fihom dispożizzjonijiet speċifiċi.;

(2)1. il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej: Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21): L-Artikolu 1, l-Artikolu 2 (c) u l-Artikoli 4 sa 8.;

(3)3.4. il-punti 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej: Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66). Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1): l-Artikoli 9, 10, 11 u mill-Artikoli 19 sa 26.;

(4)6.7. il-punti 6 u 7 jinbidlu b’dan li ġej: Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29). Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perjodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).;

(5) il-punt 9 jitħassar.

Versions

  1. 2011-09-14